Il-Parroċċa ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema ssir Arċipretali

  • Ġun 18, 2018 16:30
  • Miktub minn iNews

    B’digriet ta' Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, Il-Knisja Parrokkjali Matriċi ta' Stella Maris ġiet mgħollija għad-dinijta ta' Knisja Arċipretali. Hekk, il-kappillan tal-Parroċċa, fil-preżent Mons. Anton Portelli, jkollu wkoll it-titlu ta’ arċipriet.   Waqt il-quddies tas-Sibt filgħaxija, il-parruċċani għalkemm xi ftit sorpiżi, infexxew f'ċapċip spontanju hekk kif ingħataw din l-aħbar.  

    Il-Parroċċa ta’ Stella Maris hija l-eqdem waħda f’Tas-Sliema u fil-madwar. Oriġinarjament, it-territorju tal-Parroċċa kien jagħmel parti mal-Parroċċa ta’ Birkirkara. L-ewwel Knisja f’Tas-Sliema, iddedikata lill-Verġni Marija, kienet mibnija viċin tal-Forti Tignè, imma sfat imġarrfa fi żmien il-Franċiżi. Kien mit-talb tas-sajjieda lil Madonna huma ħerġin mill-port ta' Marsamxett li l-inħawi ħadu l-isem ta' Tas-Sliema. Fil-Fatt huwa l-uniku post f'Malta u Għawdex li l-isem tiegħu huwa marbut mall-Madonna. 

    Fil-bidu tas-seklu 19, inbniet il-Kappella ddedikata lill-Madonna tal-Grazzja, li tinsab f’High Str, faċċata tal-Knisja. Għal bosta snin, din il-kappella kienet suffiċċjenti għan-numri żgħir ta’ persuni li kienu joqogħdu fl-inħawi. Imma f’nofs is-seklu 19, il-popolazzjoni ta’ Tas-Sliema bdiet tikber, u nħass il-bżonn ta’ knisja akbar. F’April 1853, beda l-bini ta’ knisja ġdida, iddedikata lill-V.M. Kewkba tal-Baħar. Il-Knisja saret Parroċċa b’digriet tal-Isqof Scicluna, li jġib id-data tat-23 ta’ Diċembru 1878.   

    F’dawn il-140 sena, mill-Parroċċa Matriċi ta’ Stella Maris, ħarġu dawn il-parroċċi:

    Sacro Cuor, Tas-Sliema (1918)

    Madonna tal-Karmnu, Il-Gżira (1921)

    San Girgor, Tas-Sliema (1940)

    Ġesù Nazzarenu, Tas-Sliema (1973)

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0