Tarbija abbandunata u b’nuqqas ta’ ikel treddet minn pulizija f’għassa u ġiet salvata

  • Ġun 17, 2018 17:13
  • Miktub minn iNews
"

    Fid-dinja li qed ngħixu fiha, tista’ tgħid ta’ kuljum jispikkaw l-aħbarijiet negattivi. Ngħiduha kif inhi l-aħbarijiet negattivi, mhux issa imma minn dejjem kienu jagħmlu ħafna aktar ħoss. Imma kultant nisimgħu wkoll b’aħbarijiet pożittivi, fejn tispikka l-umanità.

    Każ simili seħħ ftit jiem ilu f’Bengaluru fl-Indja. Dan hu pajjiż li fih ħafna trabi, ħafna drabi tat-twelid ikunu abbandunati. Jispiċċaw f’din ir-realtà għax ommijiet ma jkunux jistgħu irabbuhom. Ftit jiem ilu biss, tarbija nstabet abbandunata ġo basket tal-plastik. Abbandunata f’sit tal-kostruzzjoni.

    It-tarbija kienet fi stat xejn tajjeb. Il-kurdun kien imdawwar m’għonqha u kienet għadha mimlija bid-demm. Kien sid ta’ ħanut li nduna bit-tarbija u informa mill-ewwel lill-Pulizija. Wara li l-Ispettur Nagesh ħa lit-tarbija l-isptar u ra li kollox kien sew, hu ħa t-tarbija fl-istazzjon sakemm jiġi deċiż x’għandu jsir. Hawnhekk pulizija mara bl-isem ta’ Archana nġibdet lejn it-tarbija.

    F’ħin minnhom it-tarbija bdiet tibki. Riedet il-ħalib. Il-kundizzjoni tagħha b’mod partikolari n-nuqqas ta’ ikel kienu qed jipperikolaw ħajjet it-tarbija. Archana tgħid li “ma stajtx nistaporti aktar. Ħassejt li kienet qisha binti qed tibki. Iddeċidejt li nredda lit-tarbija jien stess.” It-tarbija, tifel, qed jitqies li ġie salvat grazzi għall-ħalib ta’ din l-omm.

    It-tarbija ingħatat l-isem ta’ “little Kumaraswamy’, li hu l-isem ta’ Ministru ġdid fl-Indja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0