Ajruplan tat-“tkixxif” Franċiż ibbażat f’pajjiżna

  • Ġun 17, 2018 16:38
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar ġimgħat, l-Avation Defence Service (AFDEF), li hi kumpanija li tifforma parti mill-Kunsill Internazzjonali tad-Difiża (DCI) li hi kumpanija ta’ servizzi fosthom dawk militari Franċiżi u li l-Istat Franċiż hu azzjonist fiha, ibbażat ajruplan ‘tat-tkixxif’ f’pajjiżna tat-tip Reims Cessna F406. Diversi osservaturi fil-qasam tal-avjazzjoni, spjegaw lil Inewsmalta li għalkemm mhux magħruf x’tip ta’ missjoni kien qed iwettaq dan l-ajruplan, kollox qed jindika li dan hu ajruplan tat-tkixxif, li kien qed jitlaq minn Malta f’titjiriet lejn in-nofsinhar. 

    L-istess osservaturi qalulna li “infurmati li dan l-ajruplan  għandu radar Ocean Master 400 li normalment jintuża għal sorveljanza marittima.  Minn dak li segwejna l-ajruplan tbiegħed anke sa 80 mil nawtiku minn Malta u dam għal diversi sigħat bil-ħidma tiegħu”. L-istess osservaturi qalulna li abbord l-ajruplan kien qed ikun hemm tlett persuni.

    L-istess osservaturi spjegaw li dan l-ajruplan ġie bbażat f’Malta, madwar sena u nofs wara li kien iġġarraf il-‘Fairchild Metroliner Mark III) f’Ħal Safi, ajruplan li wkoll kien qed jintuża għal allegati missjonijiet ta’ tkixxif.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0