Aġġornat: Il-President taċċetta li tiltaqa' mal-Koalizzjoni favur il-Ħajja għada

  • Ġun 16, 2018 16:56
  • Miktub minn iNews

    F’ittra mibgħuta lill-President u lill-midja, il-koalizzjoni favur il-ħajja talbitha laqgħa b’urġenza hekk kif hemm tħassib minħabba l-emendi proposti għall-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni, li ċ-ċans kbir hu li jittieħed vot dwar fil-Parlament nhar it-Tlieta, 19 ta’ Ġunju.

    Il-koalizzjoni tisħaq li l-proċess ta’ konsultazzjoni li ġie konkluż din il-ġimgħa ma sarx fl-ispirtu kif suġġerit mill-President u għalhekk tixtieq laqgħa b’urġenza mal-President ħalli tingħatalha spjegazzjoni dwar it-tħassib li hemm.

    Id-delegazzjoni għal din il-laqgħa mistennija tkun tikkonsisti minn rappreżentanti tal-Fondazzjoni Gift of Life, il-Fondazzjoni Life Network u l-Moviment Unborn Child.  

    Il-laqgħa mitluba ssir qabel il-vot finali ta’ nhar it-Tlieta.

    Intant, il-President ta' Malta wieġbet lill-attivisti favur il-ħajja li lesta tiltaqa' magħhom għada.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0