Il-Mediterran... f’periklu li jispiċċa miżbla tal-plastik

  • Ġun 16, 2018 09:19
  • Miktub minn iNews

    Fl-aħħar jiem ħarġet twissija mill-aktar inkwetanti mill-World Wildlife Fund (WWF), fejn dawn indikaw b’mod mill-aktar ċar li hemm riskju kbir li l-baħar Mediterran jispiċċa miżbla tal-plastik.Dan hekk kif dan il-baħar spiċċa b’livelli rekord ta’ dak li jissejjaħ ‘microplastics’ - jiġifieri biċċiet żgħar ta’ plastik, li mhux biss qegħdin jheddu l-ħajja marittima imma anke l-ħajja umana. Din it-twissija minn WWF saret f’rapport dettaljat li għadu kif ġie ppubblikat.

    Ir-rapport ġie ppubblikatfl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Oċeani u jismu “Out of the plastic trap: saving the Mediterranean from plastic pollution”. Fih jiġi deskrittkif il-plastik fil-baħar Mediterran żdied b’mod qawwi ħafna, waqt li hemm immaniġġjar ħażin tal-iskart.

    John Tanzer, minn WWF International jgħid li “l-impatt tal-plastik fuq il-Mediterran qed jinħass madwar id-dinja u dan qed joħloq dannu kemm għall-ħajja marittima, kif ukoll anke għas-saħħa tal-bniedem. Jekk l-iskart mill-plastik se jibqa’ jispiċċa fil-baħar Mediterran, dan se jkollu dannu mhux biss fuq it-turiżmu fil-Mediterran iżda anke fuq l-ikel tal-baħar.”

    Mir-riċerka li saret irriżulta li 95% tal-iskart f’wiċċ il-baħar Mediterran hu plastik.  Ħafna minn dan il-plastik qed jispiċċa jintefa’ fil-baħar Mediterran minn Spanja u mit-Turkija. Warajhom jiġu l-Italja, l-Eġittu u Franza.

    Id-Direttur tal-WWF Mediterranean Marine Initiative, Giuseppe Di Carlo, qal li “fl-Ewropa qegħdin nipproduċu ammont kbir ta’ plastik. Miljuni ta’ tunnellati ta’ plastik qegħdin jispiċċaw fil-baħar Mediterran. Ma nistgħux inħallu l-Mediterran jegħreq fil-plastik. Hemm bżonn naġixxu b’mod urġenti.”

    Minn 27 miljun tunnellata ta’ plastik li jkun prodott kull sena fl-Ewropea, terz minnu biss jispiċċa riċiklat. Nofs il-plastik prodott fi Franza, l-Italja u Spanja jispiċċa fil-miżbliet.

    Il-WWF qiegħdassejjaħ lil għadd ta’ gvernijiet biex jadottaw miżuri biex inaqqsu it-tniġġis tal-plastik fil-baħar.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook