Oqgħod attent f’xatt il-baħar ħabba frieħ tal-Garnija… BirdLife Malta tħeġġeġ lill-pubbliku jassisti frieħ tal-għasafar tal-baħar li jispiċċaw diżorjentati

  • Ġun 15, 2018 17:04
  • Miktub minn iNews
"

    Birdlife Malta tgħid li f’dan iż-żmien tas-sena, il-frieħ tal-Garnija jkunu qed iħallu l-bejtiet matul il-lejl u jħejju biex itiru minn fuq l-irdumijiet fejn ibejjet dan l-għasfur tal-baħar. Meta jasal il-mument opportun dawn itiru għall-ewwel darba mill-postijiet remoti fl-irdumijiet, u jużaw id-dawl tal-orizzont bħala gwida biex isibu triqithom ’il barra mill-kosta għal fuq il-baħar.

    Madanakollu, dwal qawwija mal-kosta jistgħu jiddiżorjentawhom u jżidu ċ-ċans li minflok fuq il-baħar dawn l-għasafar żgħar jispiċċaw itiru lejn l-art fejn jispiċċaw f’toroq, xtut, portijiet, bliet u rħula jew zoni oħra urbani. Ladarba jinqabdu fuq l-art dawn il-frieħ isibu diffikultà biex itiru lura lejn il-baħar – fejn iqattgħu l-parti l-kbira ta’ ħajjithom – b’periklu saħanistra għall-eżistenza tagħhom. 

    F’Malta, skont il-Birdlife Malta, għandna 10% tal-popolazzjoni dinjija tal-Garnija li jammonta għal madwar 2,000 par minn dawn l-għasafar tal-baħar li jbejtu f’diversi siti mifruxin madwar il-Gżejjer Maltin.

    Minkejja f’dan, il-popolazzjoni globali ta’ din l-ispeċi qed tonqos, b’wieħed mill-akbar perikli li jiffaċċjaw huwa t-tniġġis mid-dawl. Is-sorsi prinċipali ta’ tniġġis mid-dawl għall-kolonji tal-Garnija li nsibu fil-Gżejjer ta’ San Pawl, Kemmuna u l-Irdum tal-Madonna fl-Aħrax tal-Mellieħa (fejn hemm l-akbar kolonja tal-Garni f’Malta), huma postijiet bħal Buġibba, il-Qawra, il-Mellieħa, is-Salina u ċ-ċirkewwa. 

    Il-proġett LIFE Arċipelagu Garnija ta’ BirdLife Malta qed jaħdem biex inaqqas kemm jista’ jkun l-impatt tat-tniġġis mid-dawl qrib dawn il-kolonji biex jiżgura l-ħarsien fit-tul ta’ dan l-għasfur tal-baħar. Fl-aħħar snin kienet reġistrata żieda fin-numru ta’ għasafar tal-baħar li ġew salvati wara li spiċċaw maqbudin fuq l-art, speċjalment fl- ewwel tliet snin tal-proġett.

    Din hija konsegwenza taż-żieda fid-dwal kaġun tal- iżvilupp, imma hija wkoll riżultat ta’ żieda fil-kuxjenza fost il-pubbliku bis-saħħa tal-isforzi ta’ BirdLife Malta f’dan ir-rigward. Huwa biss bl-assistenza tal-pubbliku li jirrapporta każi bħal dawn li BirdLife Malta tkun tista’ ssalva l-frieħ tal-Garnija u teħlishom lura matul il-lejl sabiex ikunu jistgħu jkomplu bil-vjaġġ tagħhom fuq il-baħar mingħajr periklu. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0