Hyundai u Atletico Madrid jiffirmaw ftehim

  • Ġun 15, 2018 13:52
  • Miktub minn iNews

    Hyundai Motor qed tidħol fi sħubija għal numru ta’ snin ma’ Club Atlético de Madrid, li jagħmilha is-Sieħeb Globali tal-Vetturi għall-klabb tal-futbol Spanjol sa mill-istaġun li ġej 2018/19. Hyundai Motor hija kburija li qed tikkollabora ma’ dan il-klabb storiku u li se tgħin sabiex Atletico Madrid jikseb aktar suċċess.

    “Qed ningħaqdu ma Hyundai, kumpanija li tispikka għall-impenn tagħha lejn l-eċċellenza u d-determinazzjoni li tibqa’ dejjem fuq quddiem nett tat-teknoloġija u l-innovazzjoni.” qal iċ-Ċermen tal- Atlético de Madrid Enrique Cerezo hekk kif żvela is-sħubija fil-Wanda Metropolitano. 

    Il-kit tal-Atletico Madrid issa se jkollu l-emblema distinta ta’ Hyundai fuq il-kmiem, li tirrapreżenta l-introduzzjoni tad-ditta tal-karozzi fil-futbol Spanjol. Il-klabb se jkun ukoll provdut bi flotta ta’ karozzi Hyundai filwaqt li l-ftehim komprensiv jinkludi preżenza għal Hyundai fil-logħob id-dar, fosthom branding tad-dawra tal-grawnd, kif ukoll drittijet fuq kontenut esklussiv għall-meżżi diġitali u tax-xandir.

    “Ninsabu tassew entużjasti li qedd nibdew din il-kollaborazzjoni ma’ Atlético de Madrid – klabb ta’ success b’tifoserija passjonali li taqbel mal-firxa globali u l-ispirtu ta’ sfida li tħaddan Hyundai.” qal Andreas-Christoph Hofmann, Viċi President għall-Marketing & Product ta’ Hyundai Motor Europe.

    Il-Viċi President żvela wkoll pjanijiet għal numru ta’ inizjattivi  u benefiċċji għas-sapporters tal-klabb, Hyundai Motors mhux biss trid tappoġġja lill-klabb iżda tfittex li żżid il-valur billi tiżviluppa modi li jiffaċilitaw l-aċċess għal-logħbiet.

    Enrique Cerezo esprima l-fiduċja tiegħu li “ż-żewġ kumpaniji se jaqsmu u jiċċelebraw ħafna mumenti sbieħ, li b’impenn, ħidma, u dedikazzjoni, se jesperjenzaw fis-snin li ġejjin.

    Hyundai Motor għandhom affiljazzjoni twila mal-għola livelli tal-isport, wara li ilha Sieħeb Ewlieni tal-FIFA sa mill-1999, kif ukoll kienet involuta mal-UEFA għal 17-il sena sħaħ sal-2017. Id-ditta tal-karozzi, rinomata għall-innovazzjoni teknoloġika u disinni partikolari, tikkollabora wkoll ma’ klabbs prestiġjużi oħra fosthom Olympique Lyonnais fi Franza u, mill-istaġun li ġej, Chelsea FC fir-Renju Unit. 

    Is-sur Hoffman iddeskriva l-impenn ta’ Hyundai għal-logħba s-sabiħa bħala “pass ‘il quddiem fantastiku fil-metodu ġdid pan-Ewropew ta’ Hyundai Motor” illi, huwa tenna, se jkun jinvolvi klabbs kbar Ewropej oħra. 

    Għal aktar informazzjoni dwar Hyundai u il-gamma ta’ karozzi, żur ix-showrom fi Triq il-Wied, Birkirkara – ċempel fuq 22692201/4 – ibgħat email fuq hyundaisales@motorsinc.com.mt – idħol fil-paġna Facebook Hyundai Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0