Inti reliġjuż? Taf tgħix sa 4 snin aktar minn persuna ateja!

  • Ġun 14, 2018 17:30
  • Miktub minn iNews

    Riċerkaturi sabu korrelazzjoni sorprendenti bejn it-tul tal-ħajja ta’ persuna u t-twemmin reliġjuż. Persuni li jmorru l-knisja jgħixu sa erba’ snin aktar minn ateji. Dan skont analiżi li saru fuq 1,000 obitwarju li kienu ppublikati fl-Istati Uniti.

    Ir-riċerkaturi wara l-istudju jinsistu li hemm konnessjoni diretta bejn it-tul tal-ħajja ta’ persuna u jekk ikunx attiv b’mod reliġjuż. L-istudju juri li dawk il-persuni b’affiljazzjoni reliġjuża kemm-il darba jivvolontarjaw u jieħdu sehem f’attivitajiet soċjali, element li skonthom itawwal ħajjet persuna b’numru konsiderevoli ta’ xhur. Apparti dan huma saħqu li hemm tendenza li persuni reliġjużi jikkonsmaw inqas alkoħol minn persuni ateji, u dan ukoll jikkontribwixxi biex itawwal ħajjet persuna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook