inewsmalta.com



Waterpolo: Premier: Iċ-champions San Ġiljan jibdew b'rebħa

  • Ġun 13, 2018 21:43
  • Miktub minn iNews

    Ritratt: Dominic Borg 

    Kampjonat Premier

    San Ġiljan...................... 15

    Exiles............................ 12

    (4-4, 2-3, 4-2, 5-3)

    Iċ-champions San Ġiljan komplew fejn ħallew l-ista­ġun li għadda iżda kellhom  jitħabtu iktar milli kien mistenni biex għelbu  lil Exiles bl-iskor ta’ 15-12.

    Fl-ewwel sessjoni ġew skorjati xejn inqas minn tmien goals, hekk kif din intemmet fi draw ta’ 4-4 bil-Kroat Paolo Obradovic, Matthew Zammit u Peter Borg darbtejn jiskorjaw għall-Ġiljaniżi filwaqt li għal Exiles skorjaw Benjamin Lanzon darbtejn, Slobodan Nikic u Aurelien Cosuin.

    Exiles bdew iħabbtu bis-sħiħ lis-Saints u rebħu t-tieni sessjoni bl-iskor ta’ 3-2 bil-goals tagħhom jaslu minn Sean Xerri De Caro, Nicky Paris u Andrea Bianchi. Matthew Zammit u Ben Plumpton wieġbu għall-Ġiljaniżi.

    Fit-tielet sessjoni, San Ġiljan  wettqu reazzjoni tajba u rebħuha bl-iskor ta’ 4-2 biex marru għall-ewwel darba fil-vantaġġ, bl-iskor­ers ikunu Matthew Zammit, Paolo Obradovic u darbtejn Dino Zammit. Benjamin Lanzon u Aurelien Cousin minn penalty wieġbu għal Exiles.

    Is-Saints rebħu r-raba’ u l-aħħar sessjoni bl-iskor ta’ 5-3, bil-goals għalihom jaslu minn Matthew Zammit u doppjetti ta’ Ben Plumpton u Dino Zammit. Timmy Sullivan, Benjamin Lanzon u Slobodan Nikic wieġbu għal Exiles

    San Ġiljan: Jake Tanti, Peter Borg (2), Andreas Galea, Ben Grech, Christian Farrugia, Matthew Zammit (4), Ben Plumpton (3), Darren Zammit, Tristan Said, Paulo Obradovic (2), Paul Fava, Dino Zammit (4), Thomas Micallef Coach: Marko Orlovic

    Exiles: Matthew Castillo, Mark Fenech, Andrea Bianchi (1), Michele Stellini, Timmy Sullivan (1), Sean Xerri De Caro (1), Slobodan Nikic (2), Kurt Griscti, Nicky Paris (1), Aurelien Cosuin (2), Benjamin Lanzon (4), Philip Paris, Max Martin Coach: Marco Cuk

    Referees: Arnaldo Petronilli, Alex De Raffaele

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0