inewsmalta.com



"L-ewropa teħtieġ politika komuni dwar l-imigrazzjoni skont il-ħtiġijiet dikjarati tal-istati membri"

  • Ġun 13, 2018 20:43
  • Miktub minn iNews

    L-Ewropa għandu jkollha politika komuni li taħdem biex tippermetti immigrazzjoni legali miftuħa u ekonomika, li tqabbel l-immigranti mal-ħtiġijiet iddikjarati tal-istati membri. Għandha wkoll issaħħaħ u tifrex aktar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Afrika tas-sub saħara, u fl-istess ħin tirrazzjonalizza l-investiment u l-attivitajiet operattivi tal-korporazzjonijiet tagħha stess f'dik iż-żona - sabiex iħajru l-ħolqien tal-impjiegi hemmhekk, qal Alfred Sant meta indirizza d-dibattitu “Emerġenzi Umanitarji fil-Mediterran u Solidarjeta` fl-UE” fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu. Id-dibattitu ġie miżjud fl-aġenda ta’ din il-ġimgħa nhar it-tnejn wara t-tilwima bejn l-Italja u Malta fuq il-vapur ta’ salvataġġ ‘Aquarius’.

    “Ilna niddikkjaraw dawn l-għanijiet żmien twil” 

    Dr Sant qal li hemm ħafna nuqqas ta’ qbil u l-implimentazzjoni hija zoppa. Sew jekk permezz ta’ “Dublin” u sew jekk mod ieħor, wasal iż-żmien biex dawk l-istati membri li jaħsbuha l-istess, flimkien jikkonsolidaw u jimplimentaw b’mod sħiħ id-direzzjoni tal-politika miftiehma.

    “Sakemm ma nagħmlux distinzjoni ċara bejn dawk li ġenwinament ifittxu l-ażil  u l-emigranti ekonomiċi, iċ-ċittadini Ewropej mhux se jifhmu l-għan tagħna dwar kwistjonijiet ta' immigrazzjoni. Mingħajr ma jkollna politika u regoli li jiffunzjonaw u li jittrattaw b'mod ġust, strett u effettiv dawn il-kwistjonijiet fuq bażi Ewropea, il-populisti u estremisti se jirbħu l-isfida politika. 

    Dawk li jfittxu l-ażil għandhom jingħataw il-protezzjoni kollha li jeħtieġu. L-emigranti ekonomiċi, sakemm ma jkunux meħtieġa mill-ekonomiji Ewropej, għandhom jintbagħtu lura. Għal dan hemm bżonn ta' sistema ta' kontroll tal-fruntieri b'saħħitha u effettiva li tasal għal territorji ġirien, inkluża kapaċita` ta’ sigurta`.” enfasizza Alfred Sant.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook