inewsmalta.com



Aġġornata: Erba' persuni l-isptar wara ħabta bejn żewġ vetturi

  • Ġun 13, 2018 18:20
  • Miktub minn iNews

    Dan is-sit jinsab infurmat li fi Triq il-Belt Valletta fil-limiti tar-Rabat seħħ inċident stradali u li konsegwentament it-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.

    Jidher li l-inċident seħħ bejn żewġ vetturi li kienu qegħdin jinstaqu fid-direzzjoni opposta u fiha kienu involuti vettura tat-tip Dodge Caliber misjuqa minn raġel u li fiha kien hemm ukoll passiġġier u Citroen misjuqa minn mara u li fiha kien hemm passiġġiera tfajla oħra. 

    Kelliem għall-pulizija kkonferma ma' dan is-sit li fuq il-post issejħu żewġ ambulanzi u tim mediku biex jassistu l-erba' persuni li sfaw midrubin f'dan l-inċident, iżda s'issa l-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.

    Fil-post hemm ukoll uffiċjali tal-pulizija li qegħdin jiddirieġu t-traffiku sakemm is-sitwazzjoni tiġi lura għan-normal.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook