inewsmalta.com



Tqassim aħjar tal-imwejjed u s-siġġijiet mis-sidien tar-restoranti fuq art pubblika

  • Ġun 13, 2018 18:06
  • Miktub minn iNews

    Fi stqarrija maħruġa minnha l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali qalet li hija tilqa’ b’sodisfazzjoni d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar u biex b’hekk jibda jkun hemm tqassim aħjar tal-imwejjed u s-siġġijiet mis-sidien tar-restoranti fuq art pubblika.

    Dan wara li l-istess Awtorità ħadet id-deċiżjoni meta kienet qiegħda tevalwa t-talba li ressqet il-Valletta Cruise Port sabiex jiġu regolarizzati l-imwejjed u s-siġġijiet fil-Valletta Waterfront.

    Minn naħa tiegħu l-Preident tal-Assoċjazzjoni Mario Fava fakkar li l-istess Assoċjazzjoni ddiskutiet fit-tul din il-materja wara diversi ilmenti li kien qiegħed ikollha mill-Kunsilli Lokali, Sindki u residenti fejn irriżulta li dawn mhux dejjem kienu qed jiġu kkonsultati b’dawn il-permessi. Mhux biss, kien hemm saħansitra każi fejn kien qiegħed jittieħed aċċess liberu għal ċertu żoni għas-skapitu tar-residenti.

    Fava fakkar ukoll li f’Novembru tas-sena l-oħra, l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali ppreżentat dokument ta’ proposti fejn waħda mill-proposti kienet li l-Assoċjazzjoni kienet talbet illi l-permessi jingħataw wara li jkun hemm il-proċeduri meħtieġa fosthom;

    Konsultazzjoni sħiħa mal-Kunsilli Lokali,

    Tiġi mħarsa s-sigurtà u li l-ispazju mogħti b’encroachment ikun jagħmel sens mad-daqs tar-restorant u l-kċina u 

    Marki ċari sa fejn qed jingħata permess li jsir użu tal-art pubblika sabiex wieħed jinnota mill-ewwel fejn ikun hemm abbuż.

    L-Assoċjazzjoni kienet ukoll appellat sabiex ikun hemm aktar infurzar sabiex dawn l-ispazji jkunu konformi mar-regolamenti stabbiliti li fuqhom ikunu nħarġu l-permessi.

    L-istqarrija temmet tgħid li huwa għaldaqstant li l-Assoċjazzjoni, filwaqt li tilqa’ b’pożittività din id-deċiżjoni meħuda fil-konfront tal-Valletta Waterfront, appellat biex ikun hemm aktar infurzar fil-lokalitajiet u rħula oħra madwar il-pajjiż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0