Tazza tad-Dinja: L-Ingilterra fuq quddiem b’107 plejers u Manchester City bl-aktar, b’total ta’ 16

  • Ġun 13, 2018 15:29
  • Miktub minn iNews
"

    Meta għall-ftuħ tal-21 edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li se ssir fir-Russja minn għada, 14 ta’ Ġunju u tintemm nhar is-Sibt, 14 ta’ Lulju, il-plejers li se jieħdu sehem – b’kollox 736 – diġá bdew jaslu fid-destinazzjoni tagħhom.

    L-iktar kampjonat li minnu se jkun hemm plejers huwa l-Premier League b’total ta’ 107 wara li kellu jiġi mibdul Manuel Lanzini ta’ West Ham.

    Warajhom jiġu La Liga 78, il-Bundesliga 62, is-Serie A 58, Ligue 1 47, League Russu 36, Saudi League 30, Super Lig Tork 22, Championship 21 u Liga Messiku 21.

    Fil-lista tal-clubs hemm Manchester City fil-quċċata meta għandhom 16-il plejers segwiti mill-Ispanjoli, Real Madrid u Barcelona, wieħed u tnejn inqas minnhom.

    Id-disa’ timijiet bl-iktar plejers fir-Russja huma: 

    MANCHESTER CITY

    (16-il plejer)

    Huwa iktar każ ta’ liema plejers ta’ Manchester City se jmorru għat-Tazza tad-Dinja milli każ min mhux sejjer. Il-maġġoranza tal-plejers tas-City li rebħu l-Premier League se jkunu fir-Russja b’Leroy Sane attwalment l-uniku internazzjonali minn team finalista li tħalla barra mill-iskwadra ta’ pajjiżu.

    Bernardo Silva (Portugall)

    David Silva (Spanja)

    Benjamin Mendy (Franza)

    Nicolas Otamendi (Arġentina)

    Sergio Aguero (Arġentina)

    Gabriel Jesus (Brażil)

    Danilo (Brażil)

    Fernandinho (Brażil)

    Ederson (Brażil)

    Ilkay Gundogan (Ġermanja)

    Vincent Kompany (Belġju)

    Kevin De Bruyne (Belġju)

    Kyle Walker (Ingilterra)

    John Stones (Ingilterra)

    Raheem Sterling (Ingilterra)

    Fabian Delph (Ingilterra)

    REAL MADRID

    (15-il plejer)

    Kienu l-wirjiet ta’ Keylor Navas u Toni Kroos fl-aħħar Tazza tad-Dinja fl-2014 li ġiegħlu lil Real biex jakkwistaw lill-koppja. Cristiano Ronaldo se jkun iddisprat li jżid din it-trofew mat-titlu ta’ Euro 2016 biex darba għal dejjem juri li huwa aħjar mir-rival kbir, Lionel Messi.

    Achraf Hakimi (Marokk)

    Cristiano Ronaldo (Portugall)

    Dani Carvajal (Spanja)

    Nacho (Spanja)

    Lucas Vazquez (Spanja)

    Sergio Ramos (Spanja)

    Marco Asensio (Spanja)

    Isco (Spanja)

    Raphael Varane (Franza)

    Mateo Kovacic (Kroazja)

    Luka Modric (Kroazja)

    Casemiro (Brażil)

    Marcelo (Brażil)

    Keylor Navas (Costa Rica)

    Toni Kroos (Ġermanja)

     

    BARCELONA

    (14-il plejer)

    Il-partitarji ta’ Barca jistgħu jżommu ma’ disa’ pajjiżi differenti fit-Tazza tad-Dinja bl-iskwadra Katalana tipprovdi plejers bl-abbundanza għal skwadri oħra. Andres Iniesta, li t-trasferiment tiegħu ma’ Vissel Kobe se jsir uffiċjali f’Lulju, Gerard Pique u Sergio Busquets, kollha rebħu t-tazza qabel.

    Luis Suarez (Urugwaj)

    Gerard Pique (Spanja)

    Sergio Busquets (Spanja)

    Andres Iniesta (Spanja)

    Jordi Alba (Spanja)

    Samuel Umtiti (Franza)

    Ousmane Dembele (Franza)

    Lionel Messi (Arġentina)

    Ivan Rakitic (Kroazja)

    Philippe Coutinho (Brażil)

    Paulinho (Brażil)

    Marc-Andre ter Stegen (Ġermanja)

    Thomas Vermaelen (Belġju)

    Yerry Mina (Kolumbja)

    PARIS ST-GERMAIN

    (12-il plejer)

    Tliet plejers biss mit-12 tal-Pariġini se jkunu qed jir­rap­pre­żentaw lil Franza fir-Russja. Hemm daqstant Brażiljani f’Ney­mar, Thia­go Silva u Marquinhos, li setgħu kienu iktar li kieku Dani Alves ma sofriex injury f’irkopptu.

    Edinson Cavani (Urugwaj)

    Presnel Kimpembe (Franza)

    Kylian Mbappe (Franza)

    Alphonse Areola (Franza)

    Angel Di Maria (Arġentina)

    Giovani Lo Celso (Arġentina)

    Thiago Silva (Brażil)

    Neymar (Brażil)

    Marquinhos (Brażil)

    Julian Draxler (Ġermanja)

    Kevin Trapp (Ġermanja)

    Thomas Meunier (Belġju)

     

    TOTTENHAM HPTSPUR

    (12-il plejer)

    Il-partitarji ta’ Tottenham se jistennew li l-erba’ plejers tagħhom fl-iskwadra tal-Ingilterra kollha jibdew fl-ewwel logħba kontra t-Tuneżija. Spurs qed jipprovdu plejers stilel lid-Danimarka u lill-Korea t’Isfel fi Christian Eriksen u Son Heung-min rispettivament.

    Christian Eriksen (Danimarka)

    Hugo Lloris (Franza)

    Son Heung-min (Korea Is.)

    Toby Alderweireld (Belġju)

    Jan Vertonghen (Belġju)

    Mousa Dembele (Belġju)

    Danny Rose (Ingilterra)

    Eric Dier (Ingilterra)

    Harry Kane (Ingilterra)

    Kieran Trippier (Ingilterra)

    Dele Alli (Ingilterra)

    Davinson Sanchez (Kolumbja)

    CHELSEA

    (12-il plejer)

    Se jkun hemm debutti fit-Tazza tad-Dinja għal N’Golo Kante, Willy Caballero, Andrea Christensen u Antonio Rudiger mill-iskwadra ta’ Chelsea dan is-sajf. Cesc Fabregas, Pedro (it-tnejn rebbieħa fl-2010) u Marcos Alonso, tħallew barra minn Spanja.

    Cesar Azpilicueta (Spanja)

    Andreas Christensen (Danimarka)

    Olivier Giroud (Franza)

    N’Golo Kante (Franza)

    Willy Caballero (Arġentina)

    Victor Moses (Niġerja)

    Willian (Brażil)

    Antonio Rudiger (Ġermanja)

    Thibaut Courtois (Belġju)

    Eden Hazard (Belġju)

    Gary Cahill (Ingilterra)

    BAYERN MUNICH

    (11-il plejer)

    Il-plejers ta’ Bayern jgħoddu għal 26% mill-iskwadra ta’ 23 tal-Ġermanja, bil-coach Joachim Loew kapaċi jagħżel id-difiża kollha mill-Allianz Arena jekk huwa jixtieq. Tournament tajjeb jista’ anke jara lil Thomas Muller jisfida lil Miroslav Klose għar-rekord ta’ kull żmien tal-goals fit-Tazza tad-Dinja.

    Thiago Alcantara (Spanja)

    Corentin Tolisso (Franza)

    Manuel Neuer (Ġermanja)

    Mats Hummels (Ġermanja)

    Thomas Muller (Ġermanja)

    Niklas Sule (Ġermanja)

    Jerome Boateng (Ġermanja)

    Joshua Kimmich (Ġermanja)

    Sebastian Rudy (Ġermanja)

    James Rodriguez (Kolumbja)

    Robert Lewandowski (Polonja)

    JUVENTUS

    (11-il plejer)

    Minkejja l-assenza sorpriża tal-Italja mit-tournament, Juventus xorta għandhom 11-il plejers fit-Tazza tad-Dinja. Dan se jkun l-aħħar wieħed ta’ Stephan Licht­steiner bħala plejer ta’ Juventus, għalkemm t-trasferiment b’xejn ma’ Arsenal se jsir uffiċjali fl-1 ta’ Lulju.

    Rodrigo Bentancur (Urugwaj)

    Medhi Benatia (Marokk)

    Blaise Matuidi (Franza)

    Gonzalo Higuain (Arġentina)

    Paulo Dybala (Arġentina)

    Mario Mandzukic (Kroazja)

    Douglas Costa (Brażil)

    Stephan Lichtsteiner (Svizzera)

    Sami Khedira (Ġermanja)

    Juan Cuadrado (Kolumbja)

    Wojciech Szczesny (Polonja)

    MANCHESTER UNITED

    (11-il plejer)

    Manchester United kien ikol­lhom iktar plejers fit-Tazza tad-Dinja, iżda Sergio Romero kellu jinqala’ mill-iskwadra tal-Arġentina għax weġġa’, Juan Mata u Ander Herrera ma ntgħażlux minn Spanja waqt li Chris Smalling twarrab mill-Ingilterra.

    David de Gea (Spanja)

    Paul Pogba (Franza)

    Marcos Rojo (Arġentina)

    Nemanja Matic (Serbja)

    Victor Lindelof (Svezja)

    Marouane Fellaini (Belġju)

    Romelu Lukaku (Belġju)

    Jesse Lingard (Ingilterra)

    Phil Jones (Ingilterra)

    Ashley Young (Ingilterra)

    Marcus Rashford (Ingilterra)

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0