Taħdita f’Malta minn awtur u riċerkatur tal-Lvant Nofsani - Marc Fromager

  • Ġun 12, 2018 20:17
  • Miktub minn iNews

    Marc Fromager, id-Direttur Nazzjonali tal-Aid to the Church in Need (Franza), u Editor-in-Chief tal-magazine The Church in the World, ser iżur Malta f’Lulju 2018. Hu ser jitkellem dwar is-sitwazzjoni attwali fil-Lvant Nofsani u l-effetti devastanti li għaddejjin minnhom il-Kristjani tal-post. Hu ser jagħti taħdita t-Tnejn, 2 ta’ Lulju 2018 fil-Corinthia Palace Hotel, Ħ’Attard, fis-7.00pm.

    Dawk li jixtiequ jattendu għat-taħdita tat-Tnejn, 2 ta’ Lulju 2018 huma ġentilment mitluba jċemplu 21487818 jew jibgħatu email lil info@acnmalta.org biex jirriservaw post. Dħul strettament bl-invit. Dan l-avveniment huwa bla ħlas iżda donazzjonijiet jiġu apprezzati biex inkomplu nwettqu proġetti b’risq il-Kristjani fil-Lvant Nofsani fejn il-kunflitti u l-ISIS ħallew ħerba warajhom.

    Fil-Lvant Nofsani, li qed jinbidel b’rata mgħaġġla, il-Kristjani huma dejjem aktar il-vittmi – ta’ spiss vittmi kollaterali – vittmi ta’ bosta kwistjonijiet. Marc Fromager jiddeskrivi dan bħala: ir-radikalizzazzjoni tal-Iżlam u li jirriżulta fl-omoġenizzazzjoni tal-Lvant Nofsani; ġlieda għall-eġemonija reġjonali bejn l-Għarabja Sawdita u l-Iran; regħba għaż-żejt u l-gass; it-tellieqa tal-armi u l-interferenza tal-Punent u d-dipendenza fuq iż-żejt.

    Marc Fromager jistaqsi dwar l-identità tal-Kristjani tal-Lvant Nofsani, in-natura tal-proċessi li għaddejjin minnhom illum u r-raġunijiet profondi tal-inkwiet tagħhom. Hu jistedinhom biex jibqgħu sħaħ fit-tama, għall-popolazzjoni kollha tal-Lvant Nofsani u għalina lkoll. Tabilħaqq, mingħajr il-Kristjani tal-Ilvant, x’se jsir minn dawk tal-Punent?

    Fil-ktieb magħruf tiegħu War petroleum and radicalism – Middle East Christians caught in a vice, Fromager iħares lura lejn l-oriġini tal-kunflitti li ilhom għaddejjin minnhom is-Sirja u l-Iraq. Huwa jindirizza t-tensjonijiet dwar il-gass, li probabbilment huma “l-isfond” tal-gwerra fis-Sirja u partikolarment il-kunflitti f’Homs. Dan il-ktieb jidentifika r-raġunijiet tal-post u dawk internazzjonali għal dawn il-kunflitti u jagħti informazzjoni aħjar tal-attitudni ta’ Franza jew l-Istati Uniti tal-Amerka.

    Marc Fromager twieled fl-1968 f’Nouméa, missier ta’ sittt itfal, għex 20 sena barra mill-pajjiż u ħadem għal aktar minn 20 sena fi ħdan il-Knisja. Huwa żar kemm-il darba l-Lvant Nofsani. Mark Fromager jagħti ħafna taħdidiet fejn jitkellem b’mod ħieles u jagħti informazzjoni li ħafna drabi ma tinstemax fil-midja.         

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook