Sewwieq mhux ħati li kkawża l-qtil ta’ tifla

  • Ġun 12, 2018 19:23
  • Miktub minn iNews
"

    Sewwieq ma nstabx ħati li b’negliġenza kkawża l-qtil ta’ tifla waqt li kienet qed taqsam it-triq. 

    Ludvic Bartolo, ta’ 43 sena, kien akkużat bil-qtil involontarju ta’ Sara Farrugia, li kellha 15-il sena, f’inċident li kien seħħ nhar il-21 ta’ Settembru 2013. 

    Farrugia kienet qed taqsam it-triq qrib il-kumpless sportiv tal-Kottonera flimkien ma’ ħuha li dak iż-żmien kellu sitt snin meta ntlaqtu minn vettura tal-għamla Toyota Vitz li kienet misjuqa minn Bartolo. Hija sofriet minn ġrieħi gravi f’rasha waqt li ħuha sofra ġrieħi ħfief.

    Esperti maħtura mill-Qorti kkonkludew li l-brejkijiet tal-karozza kienu qed jaħdmu sew u li l-karozza ma kinitx qed tinstaq b’veloċità eċċessiva. 

    Ġie osservat ukoll li l-vittmi kienu ttajru waqt li dawn kienu qed jaqsmu t-triq u li 26 metru bogħod minn fejn seħħ l-inċident kien hemm traffic lights. 

    Il-Maġistrat Audrey Demicoli innotat li ma kien hemm l-ebda negliġenza jew ksur tar-regolamenti tat-traffiku min-naħa tal-imputat kif ukoll li l-vittmi ma kinux użaw it-traffic lights iżda qabdu u qasmu t-triq f’daqqa. 

    Kien għalhekk li s-sewwieq ma nstabx ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u kien illiberat minnhom.

    L-Avukati Franco Debono u Veronique Dalli dehru għal Ludvic Bartolo. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0