Il-FBIC iżżid inbejjed primi mit-Toskana fil-portafoll tagħha

  • Ġun 12, 2018 15:51
  • Miktub minn iNews

     

    Il-kumpanija Farsons Beverage Imports Company (FBIC) Limited dan l-aħħar ġiet fdata minn Brancaia bid-distribuzzjoni lokali tal-inbejjed tagħha li kisbu diversi unuri. 

    Fl-1981, il-koppja Żvizzera Brigitte u Bruno Widmer xtraw id-dar bl-għelieqi tagħha ta’ Brancaia f’Castellina fi Chianti, li dak iż-żmien kienet abbandunata, bħala post ta’ mistrieħ. Id-dar qiegħda fuq għolja qalb seba’ ettari ta’ għelieqi tad-dwieli, u Bruno Widmer qatagħha li jibda jikkultivahom għall-inbid. Bruno, li kien sieħeb f’aġenzija Żvizzera magħrufa tar-reklamar, intefa’ b’ruħu u b’ġismu fil-produzzjoni tal-inbid, u sa mill-bidu nett iddeċieda li jipproduċi biss inbejjed tal-ogħla kwalità.

    Fl-1989 il-familja żiedet il-Poppi Vineyard f’Radda fi Chianti, u fl-1998 l-għelieqi tad-dwieli f’Maremma li jinsabu 10km biss ’il bogħod mill-kosta Mediterranja. Illum, Brancaia għandha 40 ettaru ta’ għelieqi tad-dwieli fi Chianti Classico u 40 ettaru f’Maremma, b’faċilitajiet għall-produzzjoni tal-inbid f’kull reġjun.

    Illum il-kumpanija titmexxa minn Barbara Widmer, bint Brigitte u Bruno, flimkien mal-familja tagħha u tim leali li jagħmlu lil Brancaia waħda mill-prodotturi ewlenin tat-Toskana, li kull sena tikseb premjijiet importanti nazzjonali u internazzjonali. L-inbejjed tagħhom jinbiegħu b’suċċess madwar id-dinja.

    L-inbejjed Brancaia jinsabu f’numru ta’ restoranti, ħwienet tal-inbid u mingħand Farsonsdirect, l-Imrieħel (www.farsonsdirect.com).

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook