L-Arċisqof jibda l-ħidma pastorali fiċ-Ċili

  • Ġun 11, 2018 18:36
  • Miktub minn iNews

    L-Arċisqof Charles J. Scicluna ħalla Malta għall-ħidma pastorali fiċ-Ċili bħala mibgħut speċjali tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.

    Huwa ser ikun akkumpanjat minn Mons. Jordi Bertomeu u ħa jkollu numru ta’ laqgħat f’Santiago de Chile u ser imexxi missjoni pastorali fid-Djoċesi ta’ Osorno.

    L-Arċisqof Scicluna jirritorna Malta nhar l-Erbgħa, 20 ta’ Ġunju 2018.

    L-Uffiċċju Komunikazzjoni jixtieq jinforma lill-midja li Mons. Arċisqof mhuwiex f’pożizzjoni li jagħti kummenti jew iwieġeb mistoqsijiet b’rabta ma’ din il-missjoni.

    Fl-assenza tal-Arċisqof, it-tmexxija tal-Arċidjoċesi ta’ Malta tkun f’idejn il-Vigarju Ġenerali, Mons Joe Galea Curmi.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0