‘Ħajja ħielsa mid-droga... flimkien b’għan wieħed’

  • Ġun 11, 2018 17:41
  • Miktub minn iNews
"

    L-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia ħabbar li fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż mid-droga se tinżamm il-konferenza nazzjonali ‘Ħajja ħielsa mid-droga – flimkien b’għan wieħed’, nhar it-Tlieta, 26 ta’ Ġunju 2018. Il-konferenza nazzjonali se tiġi organizzata mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien ma’ Caritas Malta, il-Fondazzjoni Oasi u Aġenzija Sedqa.

    F’kelmtejn tal-okkażjoni l-Ispeaker semma li madwar 89 miljun persuna fl-UE u eluf f’Malta huma milquta minn din il-problema. Tkellem dwar l-aspetti negattivi tal-abbuż mid-droga fuq l-individwi u fuq il-familjari tagħhom kif ukoll dwar il-problemi fis-soċjetà li jistgħu jwasslu lil dak li jkun biex jabbuża mid-droga.

    L-Ispeaker Farrugia faħħar l-impenn ta’ dawk dedikati f’ħidma ta’ għajnuna u ta’ appoġġ lil dawk milquta mill-abbuż tad-droga f’ħidma preventiva u riabilitattiva.

    Indirizzaw il-konferenza wkoll il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon u l-kelliem għall-Oppożizzjoni Claudio Grech.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0