Żagħżugħ imut wara li kelb il-baħar “ħadlu” l-organu sesswali

  • Ġun 07, 2018 11:12
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ Brażiljan li spiċċa bl-organu sesswali u riġel maħtufin minn kelb il-baħar waqt li kien qiegħed jgħum ftit bogħod mill-kosta, miet fl-isptar fejn ġie operat. 

    Jose Ernestor da Silva, ta’ 18-il sena, kien qiegħed jgħum ftit ’l barra fil-bajja Piedade qrib Recife fil-Grigal tal-pajjiż meta safa attakkat minn kelb il-baħar hekk kif il-gwardja tal-kosta għassa fuq l-istess bajja ordnalu biex jersaq aktar lejn l-art. Huwa miet fl-Isptar Restauracao fl-istat ta’ Pernambuco, wara li sofra żewġ attakki tal-qalb waqt li kien fl-ambulanza.

    F’operazzjoni delikata huwa kellu l-vini reġgħu mwaħħlin mal-organu sesswali tiegħu f’operazzjoni li damet tliet sigħat hekk kif it-tobba pprovaw iwaqqfulu t-telf ta’ demm iżda ż-żagħżugħ miet ftit sigħat wara.

    Ommu kienet qaltlu biex ma jersaqx lejn il-baħar wara li f’April li għadda turist ta’ 34 sena tilef driegħ u riġel meta safa attakkat minn kelb  il-baħar. Fuq il-midja soċjali kien qiegħed jintwera filmat miġbud minn persuna fuq il-bajja li juri l-gwardja tal-kosta jiġbed liż-żagħżugħ mill-baħar qabel ma wasal it-tim mediku. Jidher mimdud fuq ir-ramel bla ma jitħarrek u jilheġ biex jieħu n-nifs waqt li raġel ieħor kien qiegħed iżommlu rasu u jħeġġu biex ikompli jieħu n-nifs u ieħor jerfagħlu riġlejh ’l fuq fit-tentattiv biex jinżamm ħaj.

    Minkejja l-operazzjoni ta’ emerġenza, l-organu sesswali u koxxtu sfaw barra mill-gidma ta’ dak li hu maħsub li kien kelb il-baħar tar-razza tiger.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook