L-Arġentina tħassar il-logħba ta' ħbiberija ma' Iżrael minħabba theddid fil-konfront ta' Messi

  • Ġun 06, 2018 11:35
  • Miktub minn iNews

    L-Arġentina ħassret il-logħba ta’ ħbiberija li kellhom ippjanata kontra Iżrael wara protesti minn gruppi li jappoġġjaw il-kawża Palestinjana u theddid kontra l-istilla tat-tim Lionel Messi.

    Jibril Rajoub, il-kap tal-assoċjazzjoni tal-futbol Palestinjana, kien ħeġġeġ lis-supporters biex jaħarqu l-flokkijiet ta’ Messi jekk jiddeċiedi li jilgħab.

    L-Ambaxxata Iżraelita għaldaqstant kienet kostretta toħroġ stqarrija tinforma li kienet tħassret il-logħba ta’ ħbiberija, u għamlet referenza għal theddid u provokazzjonijiet li saru fil-konfront ta’ Messi.

    Rajoub għadda kummenti lil ġurnalisti li kien kiteb lill-Gvern Arġentin fejn talab li l-istilla tal-futbol Arġentina ma jiħux sehem f’din il-logħba.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook