“Ġenerazzjonijiet futuri aktarx ikollhom aktar minn pensjoni waħda”

  • Ġun 04, 2018 15:30
  • Miktub minn iNews

    Spiteri Gingell: għandna nadottaw il-mudell użat fin-New Zealand, l-iskema Kiwisaver…

    “Wasalt għall-konklużjoni li t-tieni pilastru obbligatorju m'għadux soluzzjoni għalina. Fil-fatt min iħaddem huwa kontra dan il-pilastru u ħafna se jkomplu jkunu kontrih.”

    Hekk saħaq is-Sur Spiteri Gingell li kien mexxa l-grupp ta' riforma tal-pensjonijiet bejn l-2004 u l-2010 u qal dan waqt seminar dwar is-sostenibbiltà tal-pensjonijiet organizzat mill-Malta Institute of Management.

    Huwa nnota li taħt is-sistema eżistenti anki jekk id-dħul pensjonabbli massimu kien qed jiżdied gradwalment sal-2027, dawk li jaqilgħu dħul medju u għoli jbatu l-aktar minħabba li jaraw tnaqqis qawwi fil-qligħ tagħhom u konsegwentement jiffaċċjaw tnaqqis fil-livell ta’ għixien tagħhom. Fuq dan il-punt, skont Spiteri Gingell dawk imwielda wara l-1962, il-pensjoni massima se tkun ta' €19,900.

    “Hemm riżultati attwali li wasslu għal strument ġdid li naħseb jista' jkun partikolarment effettiv għalina f'Malta. Dan huwa l-iskrizzjoni awtomatika. Qed nitkellmu dwar nies li jaqilgħu aktar mill-pensjoni massima li ladarba jirtiraw se jsofru tnaqqis konsiderevoli. Fil-fatt il-Unions huma kkonċernati dwar nies li jinsabu fuq il-livell l-aktar baxx ta’ salarju. Hija ħabba din ir-realtà li għandna nagħmlu s-sistema aktar flessibbli.

    Intant huwa insista li l-pensjonijiet tal-Istat mhux ħa jkunu biżżejjed biex jiggarantixxu ħajja diċenti għall-pensjonanti. Huwa wissa wkoll li x-xejriet demografiċi ta’ Malta wrew rata ta' fertilità li maż-żmien dejjem qed tonqos. 

    It-triq 'il quddiem, huwa qal, hu li nadottaw il-mudell użat fin-New Zealand: l-iskema Kiwisaver. Taħt din is-sistema, l-impjegati jkunu awtomatikament iskritti għal pensjoni oħra iżda għandhom l-għażla li ma jagħmlux dan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook