50 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Mnarja

  • Ġun 04, 2018 15:07
  • Miktub minn iNews

    Għaddejjin fl-aqwa tagħhom it-tħejjijiet biex ifakkru l-50 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Mnarja fin-Nadur dan permezz ta’ kunċert mużikali tal-għola livell.

    L-avveniment tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet li saret fil-misraħ ewlieni tan-Nadur, Għawdex indirizzat mill-Ministru għal Għawdex, Dr Justyne Caruana, mis-Sindku tan-Nadur Edward Said, mill-President tas-Soċjetà James Buttigieg, u  mis-Surmast Joseph Grech, direttur mużikali tas-Soċjetà Filarmonika Mnarja.

    Il-Ministru Justyne Caruana iddeskriviet din l-inizzjattiva tal-Banda Mnarja bħala waħda importanti ħafna u tixhed l-impenn ta’ organizzazzjoni mużikali li topera fuq bażi volontarja.   Il-Ministru qalet li dan il-kunċert ser ikun avveniment fil-kalendarju kulturali Għawdxi u allura ser ikollu wkoll effett fuq il-prodott Għawdxi għal dan iż-żmien partikolari. B’dan t-talent Ghawdex ser ikun qed jiġi espost lil dawk kollha li jkunu fostna . Dan l-impenn li qed tieħu il-banda Mnarja jkompli jagħti xhieda ta’ kemm huwa b’sahħħtu s-settur tal-volontarju f’Għawdex. Għalhekk il-Ministru għal Għawdex faħħret l-impenn u l-organizzazjoni li biha topera din is-soċjetà, tant li,  permezz tat-tmexxija li taddotta din il-banda, irnexxielha tikkwalifika darbtejn għall-iskemi maħruġa mill-Ministeru għal Għawdex biex jassistu lill-Għaqdiet Volontarji Għawdxin.

    Is-Sindku Edward Said fakkar li Soċjetà Filarmonika Mnarja kienet l-ewwel socjetà fin-Nadur li ingħatat il-premju ‘Ġieħ in-Nadur’  għall-impenn u kontribut li tagħti kemm lill-komunità Nadurina kif ukoll lill-gżira Għawdxija.

    Il-President tas-Soċjetà Filarmonika Mnarja James Buttigieg irringrazzja lill-Ministeru għal Għawdex li emmen f’din l-attività u qed jagħti l-appoġġ tiegħu biex tirnexxi. Hu qal li attivitajiet bħal dawn ikomplu jagħtu valur miżjud lil Għawdex.

    Il-kunċert bl-isem ta’ ‘Big Band Adventures’ s jsir nhar is-Sibt, 16 ta’ Ġunju 2018 fi Pjazza San Pietru u San Pawl fin-Nadur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0