Ir-reġina Eliżabetta tagħti dar tal-ħolm oħra lill-Prinċep Harry u Meghan Markle

  • Ġun 04, 2018 13:29
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

    Ħafna koppji jaħdmu bla heda u jidħlu f’dejn kbir biex jakkwistaw dar fejn joqogħdu bħala familja. Dan mhux il-każ tal-membri tal-familja rjali, il-Prinċep Harry u l-mara tiegħu Meghan Markle, li mhux talli għandhom dar waħda… iżda tlieta!

    Jidher li l-koppja friska krew proprjetà bħala l-“bejta ta’ mħabba” tagħhom f’Cotswolds flimkien mal-cottage li għandhom fil-Palazz ta’ Kensington. Ir-Reġina Eliżabetta II, li ħafna jgħidu li tħobb wisq lil Harry, ma ħasbithiex darbtejn biex għamlitlu rigal sorpriża ta’ cottage York, proprjetà famuża għas-sbuħija tagħha.

    Id-dar tinsab fuq l-art ta’ Sandringham fejn il-familja rjali ġieli tqatta’ l-ħin liberu tagħha. Ir-reġina għandha waħda mid-djar favoriti tagħha f’din il-proprjetà u anke tat Anmer Hall lill-Prinċep William u lil Kate Middleton wara li żżewġu.

    Ovvjament din id-dar tissejjaħ “cottage” minn dawk sinjurini bħal ma huma l-familja rjali għax fil-verità din id-dar hija enormi. Fil-preżent din tintuża bħala dar għall-vaganzi u bħala l-uffiċċju ewlieni tal-ħaddiema ta’ Sandringham. Wara din l-aħbar huma mistennija li jsiru xi xogħlijiet strutturali qabel ma jibdew jużawha l-koppja friska Harry u Meghan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0