Kim Kardashian tirrikorri għas-surrogazzjoni għat-twelid tat-tielet tarbija tagħha

  • Ġun 04, 2018 12:23
  • Miktub minn Carmen Cachia

    Kim Kardashian kienet ingħatat l-aħbar kerha mit-tobba tagħha li hemm riskju kbir għal ħajjitha jekk tipprova twelled tliet tarbija b’mod naturali. Minħabba li l-attriċi u mudella Amerikana riedet li jkollha tarbija oħra mar-raġel tagħha Kayne West, bdiet tara x’tagħmel biex tilħaq dan l-għan.

    F’episodju ta’ ‘Keeping Up With the Kardashians’, l-attriċi ta’ 36 sena, tidher tikkonsidra għażliet differenti fosthom il-possibbiltà li oħtha Khloe tkun is-surrogata tagħha. Kim, li diġà għandha żewġt itfal oħra, ikkonsidrat tagħmel operazzjoni fl-utru iżda minħabba li l-intervent kien ta’ riskju kbir, kemm ommha Kris, kif ukoll oħtha l-kbira Kourtney offrewlha li jġorrulha f’ġufhom it-tielet tarbija tagħha. 

    Kim kienet lesta tagħmel minn kollox biex ikollha tarbija oħra, determinazzjoni li beżżgħet lill-membri tal-familja tagħha minħabba r-riskji kbar li setgħet tiffaċċja. Fortunatament Kim sabet mara li għenitha tikseb il-familja tal-ħolm tagħha - omm surrogata minn aġenzija speċjalizzata. 

    It-tielet tarbija tal-koppja Kim u Kayne twieldet nhar il-15 ta’ Jannar, 2018 u ngħatat l-isem ta’ Chicago. L-identità tal-mara li ġarret lit-tarbija fil-ġuf tagħha nżammet mistura tul it-tqala kollha. Xahrejn wara t-twelid tat-tarbija Chicago, La Reina Haynes dehret fl-aħħar episodju ta’ season 14 ta’ ‘Keeping Up With the Kardashians’ . 

    Minkejja li wiċċha ma deherx, l-omm surrogata qalet lill-membri tal-familja Kardashians kemm għalija din l-esperjenza kienet waħda speċjali ħafna. Kompliet tgħid li hi kburija li tagħmel dan ix-xogħol għax permezz tiegħu tgħin nies bħal Kim. Hi qalet li minħabba l-fatt li omm surrogata tkun taf mill-bidu li t-tarbija li qiegħda ġġorr mhix tagħha, din ma tħosshiex imdejqa meta t-tarbija tmur għand il-ġenituri proprji tagħha. Fil-fatt hi tgħid li tħobb il-perjodi li fihom tkun tqila u li kieku tista’, tagħti dan is-servizz aktar ta’ spiss.

    Nies famużi li rrikorrew għas-servizz ta’ omm surrogata:

    Cristiano Ronaldo, Tyra Banks u l-partner tagħha Erika Asla, Lucy Liu, Perez Hilton, id-direttur ta’ ‘X-Men: Days of Future Past’ Bryan Singer, Elton John u l-maħbub tiegħu David Furnish, Elizabeth Banks u Max Handelman, Giuliana u r-raġel tagħha Bill Rancic, Matt Bomer u Simon Halls, Kelsey u Camille Grammar, Sarah Jessica Parker u Matthew Broderick, Nicole Kidman u Keith Urban, Dennis Quaid u Kimberley Buffington, Michael Jackson, Neil Patrick Harris u David Burtka, Ricky Martin, George Lucas u martu Mellody Hobson, Katey Segal u Kurt Sutter, Robert DeNiro u l-ex mara tiegħu Toukie Smith u l-aħħar koppja - Angela Basset u r-raġel tagħha, Courtney B.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 1

  •  
    spinasetveritatis
    Ġun 06, 2018

    Għax ma tgħidulniex ukoll min huma n-nies li mietu b'overdose, ħalli tħajruna? Jew forsi lista ta nies magħrufa li applikaw l-abort fuq l-ulied tagħhom?

    Irrispondi