President ġdid għall-Indja

  • Lul 25, 2012 12:56
  • Miktub minn

    Il-veteran politiku, Pranab Mukherjee wiegħed li se jiġġieled il-faqar waqt ċerimonja elaborata fil-Parlament Indjan li fiha ngħata l-ħalfa bħala t-13-il President tal-Indja.

    Il-pożizzjoni ta' President fl-Indja hija waħda ċerimonjali, imma Mukherjee jista' jkollu rwol importanti jekk l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla ma jagħtu maġġornza ta' siġġijiet lill-ebda partit politiku.

    Mukherjee li għandu 76 sena kien wieħed mill-mexxejja ewlenin tal-Congress Party. Huwa rriżenja minn Ministru tal-Finanzi biex ikun jista' joħroġ għall-elezzjonijiet Presidenzjali.

    Mukherjee ilu jimilita fil-Congress Party sa' mill-1969. Fi żminijiet differenti huwa serva l-pajjiż bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin, Ministru tad-Difiża u Ministru tal-Finanzi.

    Dawn l-aħħar snin li kien Ministru tal-Finanzi kienu mċajpra minn tkabbir ekonomiku dgħajjef, munita fqira u inflazzjoni. It-tkabbir ekonomiku Indjan ta' 5.3 fil-mija fl-aħħar kwart tas-sena li għaddiet kien l-agħar tkabbir f'dawn l-aħħar disa' snin.

    Ir-rebħa presidenzjali ta' Mukherjee għoliet il-moral tal-Congress Party, li jinsab għaddej minn żmien ikrah ta' akkużi ta' korruzjoni.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook