Tinkwetax jekk għadek ma naqqaxtx il-figura perfetta... Jidher li das-Sajf in-nisa se jagħżlu rġiel biż-żaqq fuq dawk immuskolati

  • Mej 30, 2018 17:59
  • Miktub minn iNews

    Jekk għadek ittella’ u tniżżel jekk għandekx tibda llum qabel għada titħabat il-gym biex toħroġ id-definizzjoni ta’ ġismek, erġa’ aħsibha għax skont studju li sar minn ‘attivonews’ irriżulta li dan is-Sajf in-nisa se jippreferixxu rġiel b’daqsxejn żaqq minn dawk li huma aktar immuskolati u li jqattgħu ħin twil jagħmlu l-eżerċizzju.

    Skont ir-riċerka li saret jidher li n-nisa se jkunu qegħdin jagħmlu din l-għażla minħabba diversi raġunijiet fosthom biex ikunu jidhru tajbin mas-sieħeb tagħhom u ma jinkwetawx li mhumiex tal-istess livell, anzi jħossuhom aktar kunfidenti u jieħdu ħsieb li jidhru aħjar.

    Raġuni oħra hija l-kumdità u dan hekk kif skont diversi nisa li tkellmu f’dan l-istudju qalu li jippreferu lil xi ħadd b’daqsxejn żaqq, anke biex jitfissdu u jistrieħu waqt xi sjesta.

    Mhux biss, ir-riżultati ma jiġux mis-sema u hekk kif wara bniedem immuskolat hemm dieta bilanċjata u ħin iddedikat għall-attività fiżika, ħafna nisa jiddeċiedu li jagħżlu rġiel b’daqsxejn żaqq biex żgur ma jiċċaħdux minn dak l-ikel li mhux meqjus bħala ideali biex iżżom figura perfetta.

    Iżda fl-aħħar u mhux lanqas, jagħżlu rġiel biż-żaqq għax dawn ma jkollhomx għalfejn joqogħdu jippruvaw jidhru u skont ir-riċerka li saret li s-sieħeb joqgħod jipprova jidher hija xi ħaġa li dejjaq ħafna min-nisa.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0