L-Awstrija se taqta’ l-ħlas tal-benefiċċji lill-immigranti

  • Mej 30, 2018 11:20
  • Miktub minn iNews

    Il-gvern ta’ koalizzjoni Awstrijak żvela pjani biex jaqta’ ħlas ta’  benefiċċji lil immigranti, inkluż dawk bi status ta’ refuġjati, f’mossa mmirata biex tnaffar oħrajn li jitħajru jidħlu fil-pajjiż.

    Il-ħlas prinċipali f’benefiċċji jekk huma jgħaddu minn test fil-Ġermaniż se jkun ta’ €563 fix-xahar u jitla’ daqs kemm jieħdu ċittadini Awstrijaki, €863 fix-xahar. L-immigranti ma jkunux jistgħu jieħdu dawn il-benefiċċji għal ħames snin.

    Il-Kanċillier Konservattiv Awstrijak Sebastian Kurz, li jinsab fi gvern ta’ koalizzjoni ma’  partit tal-lemin estrem, wiegħed li se jkun iebes dwar l-immigrazzjoni. Fil-kampanja elettorali tas-sena l-oħra Kurz wiegħed li se jkun qiegħed iwaqqaf il-benefiċċji lill-immigranti u jagħlqilhom ir-rotot lejn l-Ewropa.

    F’konferenza stampa Kurz qal li r-regola fundamentali li se jintroduċi hija li l-Ġermaniż se jkun iċ-ċavetta li biha wieħed ikun jista’ jakkwista l-benefiċċju minimu. Dak ifisser, hu qal, li min ma jkollux kapaċitajiet biżżejjed fil-lingwa Ġermaniża ma jkunx intitolat għall-benefiċċju minimu.

    Dawn il-miżuri ġodda se jwasslu lill-Awstrija f’kunflitt mal-bqija tal-Unjoni Ewropea minħabba li l-liġijiet tal-Unjoni jesiġu li ċ-ċittadini tal-istati membri jkunu ttrattati l-istess.

    Il-gvern ta’ koalizzjoni Awstrijak bejn il-konservattivi tal-Partit tal-Poplu u l-lemini estrem Partit tal-Ħelsien ġie approvat f’Diċembru li għadda wara li l-elezzjoni ġenerali tal-15 ta’ Ottubru naqqset milli tipproduċi riżultat konklussiv. Il-kampanji elettorali kienu ddominati mill-kriżi tal-migrazzjoni li laqtet l-Ewropa, ħaġa li l-Partit tal-Ħelsien ibbaża l-kampanja tiegħu fuqha. 

    Fl-2015 fl-eqqel tal-kriżi, aktar minn 90,000 persuna kienu applikaw għall-ażil fl-Awstrija, aktar minn wieħed fil-mija tal-popolazzjoni Awstrijaka. Għall-bidu l-immigranti kienu milqugħin fil-pajjiż iżda aktar wara, l-attitudni tal-poplu Awstrijak inbidet ħes- rem.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook