Liam Debono attakkat “bi żball”

  • Mej 30, 2018 10:00
  • Miktub minn iNews

    Żagħżugħ ta' 20 sena mill-Fgura spiċċa fil-mira ta' diversi persuni li ħalltuh ma' dak ta' 18-il sena li jinsab mixli li tajjar lill-pulizija tat-traffiku għax għandu l-istess isem u kunjom.

    Wara li ħarġet l-aħbar li Liam Debono kien arrestat u qed jinżamm taħt arrest fuq dak li ġara lill-Kuntistabbli Simon Schembri, kienu bosta li daħlu fil-Facebook jfittxu dan l-isem.

    Waqt li kien hemm min sab il-profil tiegħu u anke għaddilu xi kummenti dispreġjattivi, oħrajn “sabu” Liam Debono ieħor u ħasbuh li kien hu.

    Il-kummenti li beda jirċievu wasslu lil Liam Debono li mhux involut fil-każ biex fuq il-profil tiegħu jikteb li fid-dinja hemm iktar minn wieħed li jismu bħala.

    “Huwa ta' dwejjaq li jkolli nikteb dan u noqgħod ngħid li mhux dak li tajjar lill-pulizija. Aħjar tgħidu talba għall-vittma milli toqgħodu tfittxu fuq in-nies. Ħsibijieti huma ma' Simon u l-familja u j'Alla ssir ġustizzja”.

    Kienu bosta dawk li qablu ma' Debono, li huwa student tal-MCAST, u esprimew simpatija miegħu għal dak li kellu jgħaddi minnu minħabba identita żbaljata.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook