inewsmalta.com



LifeCycle tgħin familji, u pazjenti biex ma jitilfux l-impjieg

  • Mej 29, 2018 18:43
  • Miktub minn iNews

    Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) qed tisponsorja l-użu u l-manutenzjoni annwali ta' vann li l-pazjenti tal-kliewi jużaw filgħaxija bħala mezz tat-trasport għal sessjonijiet tad-dijalisi tagħhom li jsiru fit-Taqsima tal-Kliewi  f’Mater Dei. Dan il-vann jipprovdi trasport għal pazjenti li jivvjaġġaw lejn u mit-Taqsima tal-Kliewi għall-emodijaliżi (hemodialysis) tagħhom fuq il-magni tal-kliewi.

    Għal dawn l-aħħar 19-il sena, LifeCycle ġabret flus biex jinxtara apparat ħalli jgħin lil persuni li qed ibatu minn problemi fil-kliewi, filwaqt li qed tkompli tqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa ta’ trapjanti tal-organi f’Malta.

    Din is-sena, il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) qed tiċċelebra l-għoxrin anniversarju minn mindu twaqqfet mill-fundatur tagħha, is-sur Alan Curry. Għat-tieni sena konsekuttiva, Foster Clark’s aċċettat li tkun l-isponsor ewlieni ta’ din l-isfida li se tieħu lill-parteċipanti f'Dubai u minn hemmhekk iċ-ċiklisti se jaqdfu 2,000 km sa Salalah fin-Nofsinhar tal-Oman.

    F'Malta, hawn madwar 200 pazjent li jeħtieġu d-dijaliżi fit-Taqsima tal-Kliewi, filwaqt li madwar 80 pazjent ieħor jieħdu l-kura fuq il-magni f’darhom stess. Ħafna minn dawn il-magni kienu ngħataw minn LifeCycle stess.

    Id-dijaliżi, li matulha ssir bidla sħiħa tad-demm, il-pazjent irid joqgħod fuq pultruna attakkat mal-magna filwaqt li l-magna taħdem fuq il-kliewi. Normalment din il-kura hi meħtieġa tliet darbiet fil-ġimgħa, b'kull sessjoni ddum  madwar erba’ sigħat.       

    Permezz tal-impjegati mit-Taqsima tal-Kliewi li jaħdmu bix-xift filgħaxija, msejjaħ twilight dialysis shift, il-pazjenti ma jfixklux ir-rutina tax-xogħol ta’ kuljum tagħhom. Barra minn hekk, is-servizz tat-trasport filgħaxija jgħin ħafna lill-familji tal-pazjenti għax ma joħloq tfixkil lill-membri tal-familja minħabba traport. Dawn inkella  jkollhom jagħmlu medja ta' sitt vjaġġi filgħaxija kull ġimgħa.

    “Qabel, il-membri tal-familja tal-pazjent ħafna drabi kien ikollhom jipprovdu dan it-trasport huma stess, u dan ovvjament kien joħloq ħafna tfixkil għal dawk ikkonċernati,” qalet iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni LifeCycle Dr Shirley Cefai. "Is-servizz tat-trasport filgħaxija jippermetti li s-sessjonijiet tad-dijaliżi jinfirxu fuq perjodu itwal matul il-ġurnata, u għalhekk twaqqaf is-servizz ta’ twilight shift filgħaxija. Il-benefiċċji tal-vann li jipprovdi dan is-servizz serva biex naqqas bil-kbir l-iskariġġ kemm għall-pazjenti, għall-membri tal-familja, kif ukoll, naturalment, għall-impjegati li jaħdmu b’tant dedikazzjoni fit-Taqsima tal-Kliewi.     

    Il-fundatur ta’ Foster Clark's LifeCycle Challenge Alan Curry qal: “Permezz tax-xift ta’ bil-lejl mill-impjegati tat-Taqsima tal-Kliewi u s-servizz tal-vann li jiswa’ €7,000 kull sena mill-fondi ta’ LifeCycle, il-pazjenti tal-kliewi għelbu ostaklu kbir ieħor. Fil-passat, kien hemm pazjenti li saħansitra tilfu l-impieg tagħhom hekk kif min kien jimpjegahom ma kienx ikun lest li jħalli lill-impjegati jitilqu mix-xogħol fuq bażi regolari matul il-ġurnata.”

    Mill-banda l-oħra, il-pazjenti japprezzaw il-ħidma ta’ LifeCycle. "Filfatt il-ġimgħa l-oħra, pazjent tal-kliewi ġie fil-faċilità tat-taħriġ tagħna mal-familja tiegħu u tana donazzjoni għal-LifeCycle bħala ġest ta’ apprezzament għall-użu tal-vann. Hu qalilna li għal għeluq is-60 sena tiegħu talab flus minflok rigali biex jagħtihom lil-LifeCycle. Dawn huma l-mumenti ta’ apprezzament li jiġu f’moħħna hekk kif inkunu qed nesperjenzaw it-tbatija li kull sfida tal-LifeCycle toffri lill-parteċipanti,” qalet Dr Cefai.

    Donaturi jistgħu jagħmlu l-għotja tagħhom permezz ta’ sms fuq in-numru: 5061 7370 għal €2.33; 5061 8920 għal €6.99; 5061 9229  għal €11.65; jew inkella jċemplu 5160 2020 għal €10, 5170 2005 għal €15; u 5180 2006 għal €25. Filwaqt li d-dettalji tal-kont tal-bank huma: Swift code VALLMTMT, IBAN number MT 18 VALL 22013000000014814521017, lil Bank of Valletta, Numru tal-Kont: 14814521017.

    Aktar tagħrif u donazzjonijiet minn fuq:https://www.facebook.com/events/306454086525755/

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook