John Terry se jħalli lil Aston Villa

  • Mej 29, 2018 10:51
  • Miktub minn iNews
"

    Id-difensur, John Terry, se jħalli lil Aston Villa wara li ma rnexxielhomx jiskbu l-prmozzjoni għall-Premier League meta fil-finali tal-play-off għat-tielet post taċ-Championship, sfaw megħluba minn Fulham bl-iskor ta' 1-0.

    Min-naħa tagħhom, il-Villa mhux se jiġġeneraw il-flus biex iżommu lill-player ta' 37 sena b'salarju ta' £60,000 fil-ġimgħa. 

    L-eks plejer ta' Chelsea għandu offerti mill-kampjonat Amerika u dak Ċiniż iżda mhux se jieħu deċiżjoni malajr. 

    Fuq il-media soċjali huwa kiteb: "Bħalissa nħossni meqrud u mdejjaq u ma rridx nitkellem fuq football."

    Din it-telfa swiet lill-Villains, £160 miljun u issa jistgħu wkoll jiffaċċjaw sanzjonijiet mill-UEFA għal ksur tar-regoli tal-Financial Fair Play.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0