Il-Pulizija Awstraljana tidentifika serial killer … iżda tgħid li ma tistax tarrestah

  • Mej 29, 2018 10:25
  • Miktub minn iNews

    Il-Pulizija Awstraljana qed tgħid li identifikat raġel suspettat li huwa serial killer, u li allegatament huwa responsabbli għal tliet omiċidji separati. Madankollu fl-istess waqt huma qed jgħidu li ma jistgħux jarrestawh minħabba nuqqas ta’ evidenza.

    Il-pulizija tal-istat ta’ South Australia għamlu din l-ammissjoni fil-pubbliku hekk kif talbu għall—għajnuna tal-pubbliku biex jaslu jarrestaw lis-suspettat, raġel ta’ 39 sena residenti f’Riverland fl-istat ta’ Victoria.

    “Nafu bl-aktar mod ċar fejn huwa. Huwa jaf li kien fiċ-ċentru ta’ investigazzjoni li ilha għaddejja għal bosta snin, u jaf li qed nerġgħu niflu bir-reqqa kull evidenza li għandna,” qal l-investigatur Des Bray f’kummenti lil ġurnalisti aktar kmieni llum.

    Il-Pulizija min-naħa tagħhom qalu li evidenza forensika u informazzjoni ġdida jikkonfermaw s-suspetti tagħhom li r-raġel huwa responsabbli għat-tliet omiċidji li jmorru lura 20 sena.

    Il-każi jinvolvu l-qtil tal-anzjani Phyllis Harrison fl-1998, ta’ Beverley Hanley fl-2010, u ta’ Stephen Newton fl-2011.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0