Il-ġimgħa ddedikata għal aktar għarfien dwar l-iżvilupp sostenibbli

  • Mej 28, 2018 21:02
  • Miktub minn iNews

    Pajjiżna se jkun qed jingħaqad mal-kumplament tal-Ewropa permezz ta’ sensiela ta’ attivitajiet marbuta mal-ġimgħa dwar l-iżvilupp sostenibbli bejn it-30 ta’ Mejju 2018 u l-5 ta’ Ġunju 2018.

    Il-Ministru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima José Herrera ħabbar li l-Gvern hu impenjat bis-sħiħ b’ħidma relatata mal-ispettru wiesa’ tal-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli, li jassigura li l-pass tal-iżvilupp jitkattar u jikber mingħajr ma joħnoq l-opportunitajiet għall-ġenerazzjonijiet futuri.

    Il-Ministru Herrera elenka diversi miżuri li ħa l-Gvern rigward l-iżvilupp sostenibbli, fejn fost l-oħrajn pajjiżna qed joffri fost l-aqwa kura fid-dinja, qed isir investiment sostanzjali kontinwu fl-edukazzjoni, qiegħda tiġi indirizzata l-problema tal-faqar, kif ukoll qed ikollna fost l-inqas rati ta’ qgħad li qatt kien hawn. Hu sostna wkoll li dan il-Gvern kien strumentali biex tnaqqsu l-inugwaljanzi bejn is-sessi, kif ukoll għad-dħul ta’ miżuri bħaċ-childcare b’xejn biex jinċentivaw aktar nisa jkomplu jsegwu l-karrieri tagħhom. Il-Ministru Herrera saħaq li dan kollu jixhed l-impenn tal-Gvern favur ir-riżoluzzjoni maqbula minn mexejja dinjin f’Settembru tal-2015, magħrufa bħala l-Agenda 2030 għall-iżvilupp sostenibbli.

    Fost id-diversi attivitajiet li se jiġu organizzati, fit-2 ta’ Ġunju se ssir attività għall-familja kollha fil-Barrakka ta’ Fuq fil-Belt Valletta bejn is-7.00 p.m. u l-10.00 p.m., fejn permezz ta’ diversi stands ta’ informazzjoni u attivitajiet oħra se jkun qed jiġi trattat is-suġġett tal-konsum sostenibbli.

    Waqt din l-attività, il-Ministru flimkien mas-Segretarju Permanenti, taw donazzjoni ta’ €30,000 lil tliet organizzazjonijiet li wettqu tliet proġetti differenti.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook