Tnaqqis fid-diżgrazzji tat-traffiku b’10%... bl-aktar iseħħu nhar ta' Tnejn

  • Mej 28, 2018 12:26
  • Miktub minn iNews
"

    L-akbar numru ta’ inċidenti tat-traffiku kien reġistrat f'Birkirkara b'281 każ. Wara segwew Ħal Qormi u Mosta, b'194 u 163 inċidenti rrappurtati rispettivament.

    Id-diżgrazzji tat-traffiku naqsu bi kważi 10% għal 371 matul l-istess perjodu fl-2017; li minnhom 244 kienu sewwieqa. In-numru ta’ sewwieqa li ġarrbu korrimenti ħfief jew insinjifikanti kien ta' 200, filwaqt li 40-il każ ġew irrappurtati li sofrew korrimenti gravi. Kien hemm ukoll 75 passiġġier, 19-il nies fit-toroq u tliet ċiklisti li ġew feruti ftit jew insinjifikanti. L-aktar inċidenti sinjifikanti kienu l-korrimenti mġarrba minn erba' sewwieqa li rriżultaw fatali.

    In-numru ta’ inċidenti tat-traffiku rrappurtati fl-ewwel kwart ta' din is-sena ammonta għal 3,373, riżultat li niżel b'4.8% matul il-perjodu komparattiv fl-2017. Id-distrett li jiġbor Ħal Qormi, Birkirkara, Gżira, Ħamrun, Msida, Pembroke, Pietà, San Ġiljan, San Ġwann, Santa Venera, Sliema, Swieqi, Ta’ Xbiex irreġistra l-ogħla numru ta’ inċidenti b'1,252 każ jew 37.1% tal-inċidenti rreġistrati kollha.

    Meta dawn l-inċidenti ġew ikklassifikati skont is-sess, persuni li sofrew korrimenti ħfief jew insinjifikanti matul l-ewwel kwart tal-2018 ammontaw għal 164 raġel u 133 nisa. Il-persuni midruba gravi kienu ammontaw għal 70, bil-maġġoranza tagħhom li kienu irġiel. L-imwiet kienu jinkludu tliet irġiel u mara. Il-biċċa l-kbira tad-diżgrazzji kienu fil-medda ta’ età bejn 41-59.

    L-akbar numru ta’ vittmi tat-traffiku fit-toroq (63.1%) involva karozzi tal-passiġġieri, segwiti minn muturi (23.7%) u vetturi li jġorru l-merkanzija (9.2%). Raġel minn mutur sofra ġrieħi gravi, filwaqt li tliet ċiklisti oħra sofrew feriti ħfief, tnejn ħabtu ma’ karozza tal-passiġġieri u waħda b'vettura li ġġorr il-merkanzija. 

    L-ogħla rata ta’ diżgrazzji tat-traffiku seħħew nhar it-Tnejn, li kienet tirrappreżenta 16.4% tad-diżgrazzji totali, filwaqt li l-akbar numru ta' inċidenti tat-traffiku (574) seħħ nhar ta’ Ġimgħa.

    Il-perjodu ta’ ħin li matulu seħħew ħafna inċidenti kienet bejn 9.00a.m.-11.59a.m., b'708 każ jew 21% tat-total, segwit mill-12.00p.m.-14.59p.m. b'969 każ. L-inqas numru ta' inċidenti li jseħħu kuljum sar bejn 00.00a.m. u 5.59a.m.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0