L-UE tniedi ħames films biex tressaq lill-Millennials iżjed lejn l-Ewropa

  • Mej 28, 2018 10:43
  • Miktub minn iNews

    L-Unjoni ewropea għadha kemm niedet ħames films qosra, b’direzzjoni minn ħames diretturi tal-films prominenti Ewropej li jikkomunikaw kif id-drittijiet u l-benefiċċji li jitgawdew fl-Ewropa qed itejjbu l-ħajja tan-nies.

    Il-films qed ifittxu li joħolqu djalogu maż-żgħażagħ Ewropej dwar l-impatt ta’ l-Unjoni Ewropea fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

    L-UE niedet ukoll information hub li tinstab fuq https://europa.eu/euandme/en/biex tgħin lil dawn il-films jilżqu liż-żgħażagħ u juruhom dak kollu li l-Ewropa tista’ tagħmel għalihom u kif tista’ tgħinhom iwettqu l-ħolm tagħhom.

    Il-films inwerew għall-ewwel darba f’Malta waqt screening  speċjali ġewwa ċ-Ċentru Kreattiv tal-Kavallier ta’ San Ġakbu. 

    Ħafna żgħażagħ għadhom ma jafux id-drittijiet u l-vantaġġi li jistgħu igawdu mill-UE. Għalkemm jifhmu l-UE xi tfisser, hemm nuqqas ta’ tagħrif dwar il-vantaġġi li jistgħu jitgawdew ta’ kuljum. Il-films, kull wieħed minnhom dirett minn diretturi prominenti Ewropej, ifittxu li joħolqu diskussjoni dwar l-impatt ta’ l-UE fuq il-ħajja taż-żgħażagħ minn 17 sa 35 sena fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.

    Dawn il-benefiċċji jinkludu għajnuna meta jiġu biex jibdew in-negozju tagħhom bħal fil-film ta’ Yorgos Zois Party Animal, il-kapaċità li tordna prodotti online minn kull post fl-Ewropa, it-tema tal-film The Loner ta’ Tomasz Konecki. Il-film Debut ta’ Dalibor Matani? jitratta d-drittijiet fundamentali bażiċi li jgawdi kull ċittadin ta’ l-Unjoni Ewropa.

    “Il-ġlieda għall-umanità, għal ċans ta’ dinja aħjar hija tema rikorrenti fix-xogħol tiegħi,” qal id-direttur tal-films Matani?, meta mistqosi dwar l-involviment tiegħu f’dan il-proġett. “Naħseb li qed nibnu storja li kulħadd se jifhimha.”

    L-UE se tagħti wkoll iċ-ċans liż-żgħażagħ jaħdmu l-films tagħhom permezz ta’ Young Directors’ Competition. Dawk li jieħdu sehem se jkunu mistiedna jaħdmu films li jikkomunikaw il-kontribut li l-UE wasslet lill-ħajja tan-nies, u li tgħinhom jagħmlu dak li jħobbu jagħmlu. Min jixtieq jipparteċipa, huwa mistieden jissottometti sinossi ta’ l-istorja u video bl-ismartphone tagħhom stess qed jispjegaw il-ħsieb wara l-film tagħhom. Għaxar finalisti jintagħżlu minn ġurija ta’ diretturi, u ħames rebbieħa jintagħżlu b’vot pubbliku. Ir-rebbieħa jingħataw grant biex jipproduċu l-film tagħhom.

    L-għaxar films – mid-diretturi professjonisti u mill-ħames diretturi żgħażagħ – se jkunu megħjuna b’online information hub, https://europa.eu/euandme/en/, li tipprovdi eżempji reali b’fatti u ċifri li juru l-UE x’irnexxielha tikseb għall-ġenerazzjoni żagħżugħa. Minn aċċess għal għajuna minn kull ambaxxata ta’ kull pajjiż fl-Unjoni Ewropea waqt l-ivjaġġar madwar id-dinja għas-sehem fi skemi bħalma huma Erasmus+, il-benefiċċji ta’ l-UE huma vasti u jinkludu wkoll id-dritt għal kura tas-saħħa b’emerġenza f’kull Stat Membru, kif ukoll il-kapaċità li wieħed juża’ t-telefon ċellulari tiegħu kull fejn ikun fl-UE mingħajr ma jħallas roaming charges.

    Lil hinn mill-kampanja

    Il-kampanja #EUandME hija kampanja ta’ 18-il xahar. Qed tkun imnedija fit-28 pajjiż membru ta’ l-Unjoni Ewropea f’Mejju 2018, u se tkun tinkludi films minn ħames diretturi, attivitajiet fil-miftuħ, stejjer dwar is-suċċess ta’ ċittadini ta’ l-UE u kompetizzjoni għal diretturi tal-fi;lms żgħażagħ, kif ukoll avvenimenti u attivitajiet organiżżati mill-partners ta’ din il-kampanja. Ibqgħu infurmati dwar dan kollu billi żżuru l-information hub.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0