Aġġornat: L-immigrant ‘Spiderman’ ta’ Pariġi jingħata ċ-ċittadinanza Franċiża

  • Mej 28, 2018 10:16
  • Miktub minn iNews

    Aġġornat: L-eroj mill-Mali li salva tarbija li spiċċat imdendla fir-raba’ sular ta’ bini f’Pariġi ngħata ċittadinanza onorarja mill-President Emmanuel Macron.

    Fuq mezzi tax-xandir Mamoudou Gassama deher jixxabbat għoli ta’ erba’ sulari biex isalva lit-tarbija li kienet se taqa’ mill-gallarija.

    Gassama kien il-mistieden speċjali tal-President Macron fil-Palazz Elysee fejn ingħata midalja għall-kuraġġ.

    L-immigrant li poġġa ħajtu fil-periklu biex isalva dik tat-tarbija f’Pariġi ġie nnominat bħala ċittadin onorarju Franċiż. Gassama - li ngħata l-laqam ta’ ‘Spiderman’ ta’ Pariġi - ixxabbat ma’ blokk ta’ appartamenti fil-belt kapitali Franċiża biex jgħin lill-povra tarbija.

    L-aġenzija ta’ l-aħbarijiet AFP irrapportat li s-Sur Macron irringrazzja personalment lil Gassama għall-kuraġġ li wera u li se jinħatar uffiċjali tat-tifi tan-nar.

    Aktar qabel: Mamoudou Gassama poġġa ħajtu fil-periklu biex isalva dik ta’ tarbija li spiċċat imdendla fuq in-naħa ta’ barra ta’ galarija fir-raba’ sular f’bini f’Pariġi.

    Imlaqqam ‘Spiderman ta’ Pariġi’, fi ftit sekondi Gassama, żagħżugħ ta’ 22 sena minn Mali, ixxabbat mal-galleriji biex isalva lit-tarbija ta’ erba’ snin. L-azzjoni erojika tiegħu inġibdet fuq filmat li xxandar fuq il-mezzi tax-xandir tal-midja soċjali b’miljuni ta’ persuni jaraw mumenti ta’ tensjoni sakemm seħħ is-salvataġġ.

    Gassam irnexxielu jitla’ mar-raba’ sular u salva lit-tarbija qabel ma laħqu waslu l-uffiċjali tat-tifi tan-nar. Kelliem għas-servizz tat-tifi tan-nar qal li fortunatment kien hemm

     

    persuna fiżikament tajba u li kellu l-kuraġġ li jaqbad u jmur isalva lil din it-tarbija.

    F’kumment li ta lill-ġurnalisti Gassama qal li hu ħa azzjoni mingħajr ma ħasibha darbtejn. Hu ddeskriva kif sema’ għajjat u tpaqpieq minn persuni li raw lit-tarbija mdendla f’dak l-għoli u qabad u tela’ biex isalvaha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0