Il-GWU tiffirma ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Printex Ltd

  • Mej 26, 2018 10:40
  • Miktub minn iNews

    Il-General Workers’ Union permezz tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni ffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-ħaddiema ta’ Printex Ltd li permezz tiegħu kien hemm titjib fil-pagi u kundizzjonijiet ġenerali.

    Is-Segretarju tat-Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni, David Darmanin stqarr li dan il-ftehim għandu l-għan li jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema u jinċentivahom biex ikomplu jtejbu l-ħidma tagħhom f’industrija li hi kompetittiva. Stqarr li hu ta’ sodisfazzjon li għal darb’oħra l-ħaddiema wrew il-fiduċja tagħhom fil-ħidma tal-GWU. 

    Il-ftehim kollettiv f’isem il-ħaddiema kien iffirmat mis-Segretarju Taqsima Teknoloġija, Elettronika u Komunikazzjoni tal-GWU, David Darmanin, mix-Shop Steward George Zammit u mir-rappreżentant Ausonio Busuttil. F’isem il-kumpanija Printex Ltd iffirma d-Direttur Maniġerjali Peter Galea.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook