“Niftħu iktar idejna għall-ħaddiema barranin”

  • Mej 26, 2018 10:00
  • Miktub minn iNews

    “L-influss ta' barranin żdied, u żdied ukoll it-tkabbir fix-xogħol. Pajjiżna għandu l-ikbar tkabbir ekonomiku fiż-Żona Ewro għas-sena 2018 u 2019. Mhux biss. Ilħaqna wkoll rekord ta’ nies jaħdmu u qegħdin noqorbu lejn full employment.”

    Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali Aaron Farrugia f’kumment li ta lil l-orizzont filwaqt li sostna li s-suċċess li ksibna bħala pajjiż ifisser ukoll li jġib miegħu sfidi ġodda. Dan għax, skont hu, hemm saffi fejn m’hemmx il-ħiliet neċessarji, bħal fl-industrija tal-gaming.

    Min-naħa l-oħra, semma kif hemm xogħlijiet oħrajn li kulma jmur il-Malti qed jevitahom. Fosthom hemm l-industrija tal-ikel u di tal-kostruzzjoni fejn biex jinżamm it-tkabbir ekonomiku preżenti, allura hemm bżonn li pajjiżna jiftaħ idejh għall-ħaddiema barranin.

    Madankollu, Farrugia qal li l-effett ekonomiku għandu jkun wieħed pożittiv, għax mhux biss se jinstabu ħaddiema ġodda u mħarrġin kif nixtiquhom aħna, iżda se jiġi evitat ukoll dak li jissejjaħwage inflation u li allura jpoġġi lil Malta fi żvantaġġ.

    Farrugia qal ukoll li dan l-influss ta’ ħaddiema barranin se jħalli marka fuq l-infrastruttura tagħna peress li qegħdinnesperjenzaw sfidi ġodda fil-kirjiet privati u kif ukoll minħabba li Malta diġà hi densely populated.”

    “Hu għalhekk li wieħed għandu jimxi fid-direzzjoni li qbadna iżda b’riskju kkalkulat. Hawnkemm il-Gvern u kemm is-settur tal-business għandhom rwol importanti u dan qed isir b’investiment lokali iżda wkoll permezz ta’ fondi Ewropej.”?

    Mistoqsi jekk il-pajjiż hux ser ikun ippreparat biżżejjed biex jikkopera ma' dan l-influss, Farrugia wieġeb li jemmen li bl-interventi tal-Gvern, “iva aħna ppreparati u se nkomplu nkunu preparati. Qed isir investiment kbir, kemm mil-lat infrastrutturali u kemm mil-lat soċjali u dak ta’ integrazzjoni.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0