Tuża xi password minn dawn? Filkaż ibdilha!

  • Mej 25, 2018 09:52
  • Miktub minn iNews

    Minkejja li saret xi ħaġa komuni li hackers jiksbu aċċess għal ‘accounts’ u profili diġitali tan-nies, għal bosta xorta waħda baqgħet drawwa li l-password tagħhom tkun mibnija fuq il-konvenjenza aktar milli fuq l-aspett tas-sigurtà.

    Studju li sar mill-Università ta’ Virginia Tech fir-rigward ta’ 61 miljun password li ġew ‘leaked’ żvela l-aktar passwords komuni għas-sena li għaddiet. U wħud mill-passwords iħalluk b’ħalqek miftuħ dwar is-sempliċità tagħhom.

    Apparti l-popolarità ta’ passwords “ovvji” bħal “qwerty” u “123456”, l-għażla tal-passwords taqa’ wkoll fuq brands popolari, timijiet tal-futbol, ikoni fix-xena tal-mużika … il-lista ma taqta’ xejn.

    Fost l-aktar popolari wieħed isib: myspace; mustang; inkedin; ferrari; playboy; mercedes; cocacola; snickers; corvette; skittles; superman; pokemon; slipknot; starwars; metallica; nirvana; blink182; spiderman; greenday; rockstar; liverpool; chelsea; arsenal; barcelona; u manchester.

    Il-parir huwa ovvju daqs uħud minn dawn il-passwords. Ikun aħjar li l-password tkun xi ftit jew wisq diffiċli biex wieħed jiddeċifraha. Inkella ma tkunx qed isservi l-għan tagħha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0