“Jew jgħollu l-ħlas għall-edukazzjoni li jipprovdu, jew jimpjegaw għalliema mhux kwalifikati jew inqas kwalifikati” … Iberraq għall-iskejjel indipendenti

  • Mej 23, 2018 10:15
  • Miktub minn iNews

    L-iskejjel indipendenti mhux se jkunu f’pożizzjoni li jkunu jistgħu joffru l-pakkett finanzjarju għall-għalliema tal-Istat u tal-Knisja għall-ħames snin li ġejjin sakemm ma jirċivux xi forma ta’ għajnuna finanzjarja mill-Gvern. Dan qalitu l-MTU permezz ta’ stqarrija, bl-unjin għall-għalliema tisħaq li din is-sitwazzjoni żvolġiet wara li ntlaħaq ftehim dwar il-pakkett finanzjarju għall-edukaturi tal-Istat u tal-Knisja f’Diċembru tas-sena li għaddiet.

    L-istqarrija tkompli tisħaq li d-diffikultà biex tali kundizzjonijiet jintlaħqu kienu evidenti wara l-ewwel diskussjonijiet bil-għan li jintlaħaq ftehim kollettiv f’erba’ skejjel indipendenti.

    L-MUT uriet it-tħassib tagħha li tali sitwazzjoni taf tiddistabilizza lis-settur, b’għalliema jaslu jippreferu li jfittxu impjieg fi skejjel tal-Istat jew tal-Knisja kaġun tal-kundizzjonijiet aħjar.

    L-Unjin tal-Għalliema kompliet tgħid li l-Gvern diġà jipprovdi għajnuna finanzjarja biex ikopri salarji ta’ LSEs fi skejjel indipendenti.

    L-istqarrija tkompli tisħaq li li huwa magħruf li mingħajr xi forma ta’ għajnuna finanzjarja, skejjel indipendenti mhu se jibqagħlhom l-ebda triq oħra għajr li jew jgħollu l-miżata, jew jimpjegaw għalliema mhux kwalifikati jew inqas kwalifikati.

    L-MUT temmet tgħid li ż-żewġ sitwazzjonijiet se jkunu ta’ detriment għall-kwalità tal-edukazzjoni offruta u se twassal għal impatt finanzjarju konsiderevoli fuq il-ġenituri.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook