“Dan huwa żmien tassew eċċitanti għall-Gvern” … jitkellem l-investitur Amerikan Tim Draper dwar il-Bitcoin

  • Mej 23, 2018 00:53
  • Miktub minn iNews

    “Malta qed tieħu rwol ta’ tmexxija ferm tajjeb. Jien interessat li niżgura li dawn il-gvernijiet jaraw dak li jkun ġej u jibdew jaħsbu biex ikissru l-fruntieri. Nemmen li huwa tassew importanti għall-gvernijiet li jibdew jaħsbu aktar f’terminu virwali. Erba t’ijiem oħra kollox se jkun virtwali.”

    Dan qalu l-Investitur Amerika Tim Draper ilbieraħ f’Kastilja f’kummenti li ta lill-ġurnal L-ORIZZONT waqt taħdita mas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni, Silvio Schembri filwaqt li nieda d-Delta Summit li ħa jsir ġewwa Malta bejn it-3 u 5 ta’ Ottubru.

    Mistoqsi dwar x’jaħseb dwar il-ħidma attwali li qed tagħmel Malta, Draper qal li Malta bħalissa qed tagħmel l-aħjar ħaġa. Huwa jaqbel li l-Gvern irrikonoxxa li l-Bitcoin hija xi ħaġa assolutament ġdida u ma tistax tiġi regolata bħall-affarijiet oħra.

    “In-nies tan-negozju ma jridux jaħdmu b’ħafna regolamenti. Aktar ma jkun ħieles u onest il-pajjiż aktar mhu ħa jimxi ‘l quddiem. Intant, aktar ma l-pajjiż ikun ikkontrollat, aktar ikun fqir.”

    Huwa tkellem ukoll dwar l-importanza li wieħed jibda jaħseb dwar Gvern kemm virtwali kif ukoll terrestri. Fi kliemu, dan għandu jkun żmien tassew eċċitanti għall-gvern.

    Schembri qal li d-Delta Summit ħa jkun pjattaforma ideali għal Malta biex tesponi lilha nnifisha u ħa tattira ammont kbir ta’ start ups li se jipparteċipaw f’dan l-avveniment.

    Skont ma’ kien qal qabel l-Onorevoli Schembri, il-Gvern għandu jassigura li Malta jkollha l-qafas regolatorju meħtieġ, sistema ta’ tassazzjoni u l-aqwa infrastruttura biex ikollna l-aqwa ambjent għall-iżvilupp ta’ mudelli fit-teknoloġija finanzjarja. ‘’Nemmen li Malta tista’ tkun Silicon Valley il-ġdida fl-Ewropa,’’ kien saħaq l-Onorevoli Schembri.

    Filwaqt li d-dinja teknoloġika kulma jmur qiegħda dejjem tiżviluppa, hekk qed jiġri wkoll fil-qasam tal-finanzi. Dan għall-fatt li f’pajjiżna se tkun legali waħda mill-muniti virtwali li hawn magħrufa bħala Bitcoin. 

    Din hija strument diġitali mhux regolat, li jiġi użat bħala forma ta’ flus li mhux maħruġa jew garantita minn Bank Ċentrali jew minn xi awtorità oħra u mhux ekwivalenti għal munita tradizzjonali.

    Il-Kummissjoni Ewropea, permezz tar-rapport tagħha tar-rebbiegħa dwar pajjiżna, mhux biss tkellmet fuq il-progress ekonomiku b’saħħtu li qed jagħmel pajjiżna fejn qalet li l-ekonomija Maltija hija fost dawk l-aktar li sejrin ’il quddiem fl-Unjoni Ewropea kollha, b’livelli rekord ta’ qgħad baxx u b’budget li qed iħallu surplus, iżda għamlet ukoll referenza għall-ħidma li Malta qed twettaq fl-oqsma tal-blockchain u l-cyrptocurrencies.

    Fil-fatt il-Kummissjoni Ewropea fir-rapport tagħha qalet li Malta tista’ tibbenefika ħafna mil-lat ekonomiku mill-ħidma li qed isir fis-settur tas-servizz finanzjarji partikolarment bl-opportunitajiet f’teknoloġiji emerġenti bħall-blockchain u l-cryptocurrencies exchanges li se jwasslu għal aktar tkabbir ekonomiku u b’mod sussegwenti aktar xogħol.

    Il-ħidma tal-Gvern f’dan il-qasam għaddejja b’mod kostanti tant li mhux biss ġew attirati kumpaniji ta’ livelli mondjali bħal Binance u OKEx fost oħrajn, iżda wkoll billi ġew imressqa tliet abbozzi ta’ liġijiet sabiex fost l-oħrajn tinħoloq l-Awtorità Maltija għall-Innovazzjoni li se tkun qed tirregola dawn is-setturi u toffri l-istabbilità u s-serħan tal-moħħ kemm għall-investituri u l-konsumaturi.

    Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni, Silvio Schembri sostna li l-fatt li l-ħidma tagħna f’dawn l-oqsma qed tkun innutata mill-Kummissjoni Ewropea bħala settur li minnu nistgħu nkomplu nkabbru ferm aktar l-ekonomija tagħna, huwa turija ċara tal-effetti u l-ħidma li twettqet.

    Silvio Schembri saħaq li minkejja li s’issa kienu diġàa ħafna l-kumpaniji li jaħdmu fis-settur tal-blockchain u l-cryptocurrencies exchanges li dawru ħarsthom fuq Malta u diġà ddikjaraw li se jkunu qed jirrilokaw u jiftħu f’Malta, il-ħidma xorta se tibqa’ tirranka biex inkomplu nattiraw dejjem aktar. Dan kollu se jwassal għal aktar ġid, aktar xogħol u se jpoġġi lil Malta fil-futur, temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Schembri.

    Iżda x’inhi l-Bitcoin? Il-Bitcoin hija flus bħal Ewro, d-Dollaru u l-Isterlina bid-differenza li hija diġitali u mhux muniti jew karti. Bitcoin waħda għandha valur ta' madwar €2,700 u l-flus tista’ tipproduċihom inti stess. 

    M'hemm l-ebda awtorità monetarja ċentrali għal Bitcoin, iżda minflok hija sostnuta minn netwerk tal-kompjuter peer-to-peer. Il-kompjuters fin-netwerk matematikament jiġġeneraw bitcoins billi jwettqu kompitu diffiċli biex jgħaqqad in-numri, fi proċess magħruf bħala Bitcoin 'mining'. In-numru totali ta’ Bitcoins li qatt jista' jiġi estratt huwa limitat għal madwar 21 miljun.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook