Festi kbar ad unur il-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba

  • Mej 22, 2018 15:29
  • Miktub minn iNews

    Bejn it-8 u s-17 ta’ Ġunju, ser tiġi ċċelebrata l-Festa ad Unur il-Madonna tal-Ġilju ġewwa r-raħal tal-Imqabba. Din is-sena, s-Soċjeta’ Mużkali Madonna tal-Ġilju qegħda tfakkar anniversarju prinċipali, dak tal-25 sena anniversarju mit-twaqqif tal-ewwel Sezzjoni Żgħażagħ fl-Imqabba.

    Il-fergħat kollha li minnhom hija magħmula s-Soċjeta’ Mużikali Madonna tal-Ġilju ħadmu bla heda biex il-Festa tal-2018 tkun suċċess bħal dawk ta’ qabilha. Fost dawn, il-Kummissjoni Banda Madonna tal-Ġilju qegħda tħejji għal appuntament ewlieni: Kunċert Vokali u Strumentali b’differenza nhar it-Tlieta 12 ta’ Ġunju. Dan il-programm li ser ifakkar l-anniversarju tas-Sezzjoni Żgħażagħ ser jiġi eżegwit fuq il-Planċier Meravilja, opra artistika tal-ogħla kalibru li hija unika tax-xorta tagħha u ser ikun imżewwaq b’tagħrif multiviżiv.  L-Għaqda tal-Armar wettqet ħidma li ser twassal għall-inawgurazzjoni ta’ aktar opri artistiċi li ser jagħnu l-Pjazza ewlenija u t-toroq tal-Imqabba tul il-ġimgħa tal-Festa tal-Madonna tal-Ġilju, fosthom it-tkomplija tas-sett ta’ trofej artistiċi għad-dawra tal-Pjazza. 

    Wara sena ta’ attivitajiet bla waqfien, is-Sezzjoni Żgħażagħ Madonna tal-Ġilju ssoktat bis-sehem tagħha billi tarma r-raħal. Il-qofol tal-ħidma tas-Sezzjoni Żgħażagħ żgur ser jintlaħaq waqt il-briju tal-Marċi speċjalment dak ta’ nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Ġunju b’diversi sorpriżi nnovattivi.

    L-Għaqda Piroteknika Madonna tal-Ġilju ser terġa’ tkun protagonista ewlenija waqt il-Festa b’logħob tan-nar tal-ajru tul il-ġranet kollha tal-Festa li jilħaq il-quċċata nhar is-Sibt 16 ta’ Ġunju, lejlet il-Festa bi spettaklu kbir ta’ nar tal-ajru segwit minn wirja eċċezzjonali ta’ nar tal-art oriġinali u mekkanizzat, li din l-Għaqda hi tant magħrufa għalih. Dawn il-wirjiet ser jinkludu diversi nvenzjonijiet ġodda fil-qasam pirotekniku. 

    Ċertament li l-Festa tal-Madonna tal-Ġilju fl-Imqabba hija manifestazzjoni li tfawwar bl-aspett devozzjonali. Dan grazzi għall-ħidma tal-membri tal-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni li tkun impenjata fl-armar tal-Knisja Parrokkjali, l-organizzazzjoni taċ-ċerimonja tal-ħruġ min-niċċa tal-Istatwa tal-Madonna tal-Ġilju, il-preżentazzjoni tat-tfal lill-Madonna u l-Proċessjoni Solenni f’Jum il-Festa. 

    Kollox jindika li l-Imqabba ser ikollha Festa oħra kbira li tagħmlilha ġieh. J’Alla tkun Festa li tirnexxi u tħalli l-ġid spiritwali mixtieq billi tilħaq l-għan ewlieni tagħha: li jingħata l-ogħla ġieħ lil Ommna Marija Immakulata Kunċizzjoni taħt it-Titlu Singulari minn Tal-Ġilju.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0