“Bdejna niżlin in-niżla”

  • Mej 22, 2018 14:50
  • Miktub minn iNews

    Tħassib dwar studenti li ma jafux jirrispettaw l-awtorità

    “Ilni ngħallem għal 17-il sena u dort ħafna skejjel, kemm dawk tal-istat, kif ukoll tal-knisja.  Inħoss li t-tfal ingħataw ħafna drittijiet imma dan mhuwiex bilanċjat mad-dmirijiet tagħhom. It-tfal ma jafux x'inhuma d-dmirijiet tagħhom.”

    Dan qasmitu magħna l-għalliema Marica Micallef filwaqt li qalet li r-rispett lejn l-għalliema tarah li naqas ħafna.

    “Jugżawk malli tiehu deċiżjoni stretta fejn forsi tagħtihom kastig u faċli ssib xi ġenitur wara l-bieb tal-iskola kif tiehu azzjoni kontra xi student li jkun għamel xi ħaġa li mhux suppost għamel. Il-ġenituri jiġu għas-sodisfazzjon u biex jagġtu r-raġun lit-tfal.”

    Micallef irrakkuntat li ħafna studenti ma jiddejqux iwieġbu lura u jirrispondu, “jew inkella jiġu jaqgħu u jqumu minn xi ordni li tkun tajt.”

    Spjegat li oħrajn ma jiddejqu xejn jibqgħu jpaċpċu meta tkun qed tistenna biex ilestu għal-lezzjoni. 

    “Iqattghu ħafna ħin quddiem it-televixin jew jilagħbu bil-playstation jew tablet”

    L-għalliema sostniet li l-istudju u l-qari naqsu kif ukoll m'għandhomx idea kif jikkomunikaw ma' sħabhom u mal-bqija tas-socjetà. “Ħafna, għalkemm taħt l-età u mhux suppost, qegħdin fuq Facebook ukoll, xi whud b'ritratti li jidhru ħafna ikbar, minbarra li ovvjament jiġu esposti għal dak kollu li jitwaddab fuq Facebook, (kemm tajjeb kif ukoll ħażin).” 

    Dan iwassal, biex ħafna jmorru l-iskola bla xogħol, “għax jew jitilfuh, jew ma jagħmluhx u dan bil-permess tal-ġenituri, li spiss jibagħtu xi nota magħhom l-iskola, fejn jagħtu r-ragunijiet għaliex ix-xogħol ma sarx u li huma aċċettaw dan. 

    Fuq dan, Micallef stqarret li ftit huwa x-xogħol li jingħata mil-lum għal għada. Ħafna għalliema jagħtu x-xogħol għal ġimgħa ta' wara u għalhekk m'għandu jkun hemm l-ebda skuża biex ix-xogħol ma jsirx.  

    Hija tirrakkonta ukoll kif issib ukoll xi studenti li jsiefru f'nofs is-sena skolastika jew li jmorru xi ġranet ħdejn il-baħar għax-xemx waqt l-eżamijiet. “Jiġu għall-eżami mdamdmin u ħomor nar u bilkemm jifilħu jiftħu għajnejhom. Biex ma nsemmix ukoll il-ħafna assentiżmu mill-iskola.”

    “Tilfu s-sens t'awtorità”

    “Mill-feedback li kelli s'sissa minn ħafna ġenituri, inħoss li ħafna tilfu s-sens t'awtorità u ma jafux jiddixiplinaw lill-uliedhom. Ħafna kienu jgħiduli “hħax joqgħod jilgħab fuq il-playstation sas-siegha ta' filgġodu. X'se naqbad nagħmel?" Naħseb li r-risposta hija waħda: ittih ħin sakemm jilgħab fuqha u jekk ma jobdix, tehodha,” sostniet Micallef. 

    Hija tkompli tgħid li sfortunatament illum sar hawn ħafna fsied żejjed u ħafna ġenituri li jirreferu għal uliedhom bħala "il-prinċipessa/prinċep tiegħi". “Dak huwa ibnek jew bintek u diġà ta' rispett u speċjali li ssejjaħlu hekk. M'hemmx għalfejn jintlaħaq prinċep.”

    Skond ir-realtà li tara Micallef, ħafna studenti fil-klassi ma jikkuntentaw ruħhom b'xejn anki b'lezzjonijiet varjati u mimlija attivitajiet. Hija tgħid li probabilment dan ġej mill-fatt li jingħataw kollox mid-dar għal xejn b'xejn u għalhekk qatt ma jkunu kuntenti b'li għandhom u ma jidrawx japprezzaw dak li għandhom.

    “Il-Malti jgħid li skont iz-zokk, il-fergħa. Jekk l-adulti mhux se jkunu dixxiplinati huma u ta' mudell għal uliedhom, ħa jbatu huma u kif ukoll uliedhom. Wara kollox, meta joħorġu mill-iskola, dawn ħa jkunu f'xogħol fejn iridu jkunu fil-ħin, ordinati eċċ. Jekk mhux se jikbru hekk, diffiċli, għalkemm mhux impossibli, li jinbidlu u jkunu ċittadini eżemplari,” temmet tgħid.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0