Ħarsien mill-periklu f’Għar Lapsi

  • Mej 21, 2018 13:54
  • Miktub minn iNews
    Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, matul l-aħħar ġimgħat, ħa miżuri preventivi biex ikompli jagħlaq l-aċċess fuq il-parti msejħa west cove, f’Għar Lapsi, is-Siġġiewi. Dan qed isir bl-għan li kemm jista’ jkun tiġi mħarsa s-sigurtà tal-pubbliku minn ċedimenti li qed isiru fil-blat. Fl-2013 kienet ġiet installata xibka tal-azzar mal-blat ta’ din il-parti ta’ Għar Lapsi, liema xibka dan l-aħħar ġiet innutata li ddeterjorat. Parti minn dan kollu seħħ kawża tal-blat ta’ daqs varju li nqata’ minn mal-wiċċ u nqabad fl-istess xibka ankrata mal-blat.
     
    Inġiniera li kienu għamlu l-installazzjoni tax-xibka, riċentament ġew imqabbda jiġu fuq il-post biex janalizzaw il-qagħda tal-blat u tax-xibka. Wara din iż-żjara ġie konfermat li l-ankoraġġi (structural bolts) kienu għadhom fi stat tajjeb iżda x-xibka tal-azzar jeħtieġ tinbidel u minflokha għandha teħel xibka tal-istainless steel bil-għan li kemm jista’ jkun idum ma jerġa’ jkun hemm il-ħtieġa li tinbidel. L-esperti rrikonoxxew li l-għerien u l-medda tul il-west cove huma esposti ħafna għall-erożjoni.
     
    Għaldaqstant id-Dipartiment tax-Xogħlijiet laħaq ftehim mad-ditta Taljana Geomont SRL bil-għan li l-ewwel tinqala’ x-xibka tal-azzar li hemm fuq il-post u jitneħħa l-blat kollu li tul il-medda ta’ ħames snin inqala’ minn mal-wiċċ tal-blat. Wara tiġi installata xibka protettiva tal-istainless steel. Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, filwaqt li jifhem li ħafna diġà bdew igawdu l-għawm din is-sena, iħoss li minħabba l-potenzjal ta’ periklu dan l-intervent hu meħtieġ biex inaqqas ir-riskju kemm jista’ jkun.
     
    Filwaqt li qed isir l-almu kollu biex dan ix-xogħol isir fi żmien qasir, importanti li l-pubbliku jkun konxju mill-periklu li hemm f’din il-bajja u jsegwi t-tabelli fuq il-post u jagħti kas l-ambjent li fih imur biex igawdi l-baħar ta’ madwarna. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0