Il-Kongo jikkonferma tliet każi ġodda ta' Ebola f'belt ta' miljun resident

  • Mej 19, 2018 11:25
  • Miktub minn iNews

    Tliet każi ġodda tal-virus Ebola kienu kkonfermati f’belt ta’ aktar minn miljun resident fil-Kongo. Dan ħabbru l-Ministru għas-Saħħa tal-Kongo tard ilbieraħ filgħaxija, hekk kif l-imxija tal-marda qattiela f’żona urbana qanqlet allarm.

    L-istqarrija tal-Ministru kienet tgħid li l-każi kkonfermari seħħew fil-belt ta’ Mbandaka, fejn aktar kmieni din il-ġimgħa kien ikkonfermat każ wieħed.

    In-numru ta’ każi kkonfermati issa tela’ għal 17, li jinkludu każ wieħed fatali. Dan apparti 26 każ ieħor suspettati li huma  każi ta’ Ebola.

    L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) lbieraħ ddeċidiet li ma tiddikjarax emerġenza globali, madankollu sostniet li r-riskju tal-firxa tal-marda fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo hija waħda “għolja ħafna”. Dan filwaqt li wissiet lil disa’ pajjiżi ġirien li r-riskju għalihom ukoll huwa wieħed għoli.

    Il-WHO temmet tgħid li m’għandu jkun hemm l-ebda restrizzjonijiet fuq vjaġġar internazzjonali jew kummerċ.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0