Il-Gozo Channel titlef eluf ta’ ewro bit-theddida ta’ bomba

  • Mej 17, 2018 09:11
  • Miktub minn iNews

    Il-kumpanija beħsieba tiftaħ kawża kontra ż-żewġ persuni li tressqu l-Qorti b’rabta ma’ din it-theddida

    Il-Gozo Channel beħsieba tiftaħ kawża fil-konfront taż-żewġ persuni li tressqu fil-Qorti b’rabta mat-theddida ta’ bomba li saret il-ġimgħa li għaddiet.

    Kien iċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina li kkonferma dan ma’ dan is-sit meta kkuntatjajnieh biex naraw jekk il-kumpanija kinitx se tieħu passi għat-telf li sofriet wara li s-servizz twaqqaf għal tliet sigħat u nofs.

    Mitlub jikkwantifika kemm kien dan it-telf, Cordina qalilna li l-kumpanija kienet għadha qed tagħmel l-analiżi tagħha għalkemm għamilha ċara li l-ammont jitla’ għal eluf ta’ ewro. 

    Wara li nhar it-Tnejn tressaq fil-Qorti Ronald Mallia, ilbieraħ tressqet Joelle Galea mixlija li nhar it-8 ta’ Mejju 2018 bejn id-9.00 a.m. u l-11.30 a.m. irrendiet ruħa kompliċi meta ordnat lil Mallia jagħmel it-theddida ta’ bomba. 

    Galea kienet mixlija wkoll li nhar it-Tnejn li għadda, għall-ħabta tal-5.00 p.m. ġewwa l-lock up tal-Pulizija, kellha fil-pussess tagħha d-droga eroina u li naqset milli tħares xi waħda mill-kundizzjonijiet imposti fuqha mill-Qorti.

    Hija ma ammettietx għall-akkużi miġjuba kontriha iżda baqgħet tinżamm taħt arrest preventiv, bil-Qorti tordna li tiġi eżaminata minn espert psikjatriku.

    Min-naħa tiegħu, Mallia ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih u sakemm jingħata s-sentenza mill-Maġistrat Aaron Bugeja, ingħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €20,000. 

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi George Cremona u Omar Zammit.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0