Terz tal-popolazzjoni vittmi ta’ “hate-speech”

  • Mej 16, 2018 19:55
  • Miktub minn iNews
"

    Stħarriġ li sar fuq medda ta’ erba’ xhur fl-2016 sab li terz tal-popolazzjoni (34%) kienu vittmi ta’ diskors ta’ mibegħda (hate-speech).

    Dan jirriżulta mill-aħħar rapport tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI) dwar Malta. 

    Dawk li pparteċipaw fl-imsemmi stħarriġ speċifikaw li 80.9% tal-episodji ta’ “hate-speech” kienu seħħew fil-forma ta’ abbuż verbali fil-pubbliku. 

    Il-vittmi qalu li jemmnu li l-motivazzjonijiet ewlenin wara d-diskors ta’ mibegħda kien minħabba n-nazzjonalità tagħhom (21.6%), l-opinjoni politika tagħhom (17.6%) jew reliġjon (14.7%).

    “Hate-speech” li jinkludi abbuż verbali f’postijiet pubbliċi spiss tkun immirata lejn persuni li jkunu viżibbilment differenti mill-kumplament tal-popolazzjoni, b’mod partikolari minħabba l-kulur tal-ġilda tagħhom.

    Ir-rapport jirreferi għal inċident li kien seħħ f’Lulju tal-2015 meta student Ungeriż ta’ karnaġġjon skur kien verbalment abbużat waqt li kien qed jistenna fil-venda tal-linja tal-Belt u kien hemm min qallu biex imur lura pajjiżu.

    L-ECRI jagħmel referenza għal ċertu organizzazzjonijiet li jinvolvu ruħhom fl-użu sistematiku ta’ hate-speech, u jsemmi lill-Patrijotti Maltin li huma deskritti bħala “partit anti-Islamiku u kontra l-immigrazzjoni”.

    F’dan il-kuntest, l-ECRI josserva li l-Islamofobija għadha prevalenti fis-soċjetà Maltija in ġenerali u hija esperjenzata mhux biss mill-migranti tal-Afrika ta’ Fuq, dawk li ġejjin mil-Lvant Nofsani jew mill-Afrika sub-Saħarjana iżda wkoll mill-Musulmani Maltin. 

    Ir-rapport jelenka numru ta’ rakkomandazzjonijiet, inkluż l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu li jiġbor fih informazzjoni dwar reati ta’ mibegħda inkluż hate-speech, kif ukoll it-twaqqif ta’ mekkaniżmi alternattivi li jinkoraġixxu lill-vittmi jirrapportaw reati simili. 

    Rakkomandazzjoni oħra kienet dik li l-awtoritajiet Maltin jintensifikaw it-taħriġ tagħhom lill-Pulizija, Prosekuturi u Imħallfin biex tkun żgurata ġlieda aktar effettiva kontra reati ta’ mibegħda abbażi ta’ razza jew omo/transfobiċi, inkluż il-vjolenza.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0