Marthese Portelli b’disa’ mistoqsijiet lill-Prim Ministru dwar il-Palazz ta’ Selmun

  • Mej 16, 2018 18:24
  • Miktub minn iNews

    Id-Deputata Nazzjonalista Marthese Portelli  iddikjarat fil-Parlament  li l-Palazz ta’ Selmun kien ġie skedat bħala monument ta’ grad 1.  “Jekk il-gvern se jkompli bil-bejgħ ta’ dan il-palazz hemm bżonn trasparenza sħiħa u mhux tinħareġ tender li trid tħallas l-eluf għaliha.  Hemm bżonn trasparenza mill-bidu nett u li l-elettorat għandu jiġi trattat b’rispett”, tenniet Portelli.

    Hi qalet ukoll li “għandi diversi mistoqsijiet dwar il-bejgħ tal-Palazz Selmun    Il-gvern ikkonsulta mas-Sovrantendenza tal-Patrimonju u x’qaltu?  It-tieni mistoqsijiet hi kif dan il-Gvern qed jippjana li jbiegħ il-palazz u l-lukanda, abbażi ta’ ċens u x’se jkunu l-kundizzjonijiet tal-kuntratt tal-bejgħ? Ma naqbilx li jinbiegħ il-Palazz għax dan hu imprezzabbli.  It-tielet mistoqsija hi li rrid inkun naf x’inhu l-proċess li bih il-Gvern se jkun qed ibiegħ dawn l-artijiet f’Selmun?  X’mekkaniżmu se jintuża?  Il-Gvern se jagħti stima ta’ kemm jiswa jew se nħalli l-offerent jitfa’ li jrid?  Ir-raba’ mistoqsija tiegħi hi li ma jistax ikun li nibqgħu nagħtu l-art pubblika kif ġie ġie mingħajr ma jkun hemm project brief dettaljat”.

    Mistoqsija oħra kienet dwar meta se tinħareġ it-tender u qalet li din trid tinħareġ fi żmien opportun. Staqsiet ukoll kemm il-ġimgħa se jagħti l-gvern biex dak interessat jitfa’ l-offerta.  Qalet li domanda oħra hi liema se tkun l-aġenzija li se toħroġ it-tender.  “Min se jkun il-Ministru responsabbli minn dan il-bejgħ?”, iddikjarat Marthese Portelli.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0