Fil-jiem li ġejjin se jibda x-xogħol fuq l-'Għajn ta' Għeriexem' fir-Rabat, għajn mill-isbaħ u li sa llum għadu ġej l-ilma ġieri fiha, għalkemm inqas minn dak li kien jinżel fiha snin ilu.
Anzjan li lbieraħ tkellem ma' inewsmalta.com, qalilna li "l-proċess biex tiġi restawrata ilu għaddej. L-għajn sofriet ħsarat għax kienu jiġu nies jieħdu l-ilma minnha. Ġieli ġew bil-vannijiet. Ilha wkoll snin mitluqa. Nittamaw li din iż-żona pjuttost mitluqa tiġi rranġata u l-għajn tingħata d-dehra li jixraqilha. Niġbed l-attenzjoni għal kolonna Rumana li hemm fiha, kolonna li minn dak li jingħad fis-seklu 19 kien għad fadal sew minnhom u li llum kważi kollha sparixxew u nqerdu".
Is-Sindku tar-Rabat Sandro Craus qal li l-Kunsill irnexxielu jikseb fondi biex jirrestawra "din l-għajn li tant għandha storja."
"Ilna għaddejin bi studji serji għal dawn l-aħħar sentejn fejn anke għamilna applikazzjoni mal-Mepa. Lestejna Restoration Method Statement flimkien ma' applikazzjoni serja biex nirranġaw il-ħsarat li din l-għajn ġarbet matul is-snin. Il-permessi tal-Mepa qegħdin għandna u fil-jiem li ġejjin se jibda x-xogħol," qal Sandro Craus li kellu kliem ta' grazzi għall-Volks Bank li ta għajnuna finanzjarja u l-Perit Daniel Micallef li qiegħed jieħu ħsieb l-aspett tekniku.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.