Neymar fl-iskwadra tal-Brażil minkejja li għadu mweġġa’

  • Mej 16, 2018 00:29
  • Miktub minn iNews

    Il-coach tal-Brażil, Tite, inkluda lill-at-takkant ta’ Paris St-Germain, Neymar, fl-iskwadra ta’ 23 player għall-finali tat-Tazza tad-Dinja.

    Neymar, 26 sena, saritlu operazzjoni fuq metatarsal miksura f’Marzu li għadda u t-tabib tal-Brażil qal li se jdum tliet xhur barra mill-azzjoni.

    B’sorpriża, Tite ħalla barra lid-difensur xellugi ta’ Juventus, Alex Sandro, li dan l-istaġun għen lill-club jirbaħ id-double.

    L-iskwadra tinkludi tliet players biss li jilagħbu fil-Brażil bil-kumplament juru t-ta-lenti tagħhom fl-Ingilterra, l-Italja, l-Ukrajna u ċ-Ċina.

    L-iskwadra kollha hija:

    Goalkeepers: Alisson (Roma), Ederson (Man. City), Cassio (Corinthians).

    Defensuri: Danilo (Man. City), Fagner (Corinthians), Marcelo (Real Madrid), Filipe Luis (Atletico Madrid), Thiago Silva, Marquinhos (PSG), Miranda (Inter), Pedro Geromel (Gremio).

    Midfielders: Casemiro (Real Madrid), Fernandinho (Man. City), Paulinho, Philippe Couthino (Barcelona), Fred (Shakhtar Donetsk), Renato Augusto (Beijing Guoan), Willian (Chelsea), Douglas Costa (Juventus).

    Attakkanti: Neymar (PSG), Taison (Shakhtar Donetsk), Gabriel Jesus (Man. City), Roberto Firmino (Liverpool).

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0