Moniteraġġ fuq dawk li ma jaħdmux

  • Lul 25, 2012 11:12
  • Miktub minn
"

    Għandu jkun hemm moniteraġġ effettiv fuq dawk kollha li ma' jaħdmux. Dan il-punt tqajjem waqt business meeting li sar dalgħodu mill-Union Ħaddiema Magħqudin. Waqt din il-laqgħa, il-UHM ippreżentat riċerka li saret biex titjib il-kwalità tal-ħaddiema. Intqal, li din ir-riċerka se titressaq bħala proposta għall-baġit li jmiss.

    L-ekonomista Clyde Caruana qal li f'pajjiżna hemm bżonn kordinament u sensiela ta' miżuri bħala taħriġ għall-aktar edukazzjoni. Huwa qal li għandu jkun hemm miżuri biex nies li mhux attivi fis-settur tax-xogħol ikunu jistgħu jibdew jaħdmu.

    Fl-intervent li għamel Tony Zarb, Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union qal li dan id-dokument huwa għodda bi proposti konkreti li huma għall-ġid tal-ħaddiema u tal-pajjiż. Zarb qal li dan id-dokument huwa għal kulħadd u għalhekk it-trade unions għandhom jitkellmu dwar dawn il-proposti flimkien.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0